- Kunsill Affarijiet Barranin
Kunsill Affarijiet Barranin, 26/10/2015, 26 ta' Ottubru 2015
Riżultati ewlenin
Il-Burundi
Il-Kunsill approva abbozz ta’ ittra li tistieden lill-awtoritajiet tal-Burundi għal konsultazzjonijiet b’applikazzjoni tal-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija UE-AKP (il-Ftehim ta’ Cotonou). Dan l-Artikolu jiddefinixxi l-proċedura f’każijiet fejn l-elementi essenzjali tal-Ftehim - jiġifieri d-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt, mhumiex irrispettati.
Il-kooperazzjoni għall-iżvilupp hija element importanti tal-approċċ komprensiv tal-UE lejn il-migrazzjoni. F’din l-aħħar laqgħa tal-Kunsill affarijiet barranin qabel is-Summit tal-Belt Valletta mas-sħab tagħna Afrikani, kellna diskussjoni fil-fond dwar kif din tista’ tgħin biex nindirizzaw il-kwistjoni tar-refuġjati, il-persuni spostati, u b’mod aktar ġenerali l-flussi migratorji, filwaqt li nirrikonoxxu li s-sħab tagħna Afrikani nfushom jinsabu fuq quddiem nett għall-isfidi li qegħdin komunement niffaċċjaw. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Migrazzjoni, refuġjati, u żvilupp
Il-ministri kellhom dibattitu fil-fond dwar il-migrazzjoni, fejn iffukaw fuq kif il-kooperazzjoni għall-iżvilupp tista’ tgħin biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni li l-Ewropa u l-pajjiżi sħab tagħha qed jiffaċċjaw bħalissa. Huma qablu li jżidu l-livell ta’ involviment tal-UE u jsaħħu l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi dwar il-migrazzjoni kemm fil-livell bilaterali kif ukoll fil-livell multilaterali.
Ir-Rappreżentant Għoli qalet "Il-kooperazzjoni għall-iżvilupp hija element importanti tal-approċċ komprensiv tal-UE lejn il-migrazzjoni. F’din l-aħħar laqgħa tal-Kunsill affarijiet barranin qabel is-Summit tal-Belt Valletta mas-sħab tagħna Afrikani, kellna diskussjoni fil-fond dwar kif din tista’ tgħin biex nindirizzaw il-kwistjoni tar-refuġjati, il-persuni spostati, u b’mod aktar ġenerali l-flussi migratorji, filwaqt li nirrikonoxxu li s-sħab tagħna Afrikani nfushom jinsabu fuq quddiem nett għall-isfidi li qegħdin komunement niffaċċjaw."
Relazzjonijiet UE-AKP
Il-Ministri kellhom l-ewwel skambju ta’ fehmiet dwar ir-relazzjonijiet futuri bejn l-UE u l-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) bil-ħsieb tal-iskadenza tal-Ftehim ta’ Cotonou fl-2020. Il-Kunsill ser jerġa’ lura għal din il-kwistjoni fil-laqgħat tiegħu li jmiss u ser ikompli jiddiskuti b’mod l-aktar miftuħ, abbażi tal-konsultazzjoni miftuħa dwar il-futur tas-sħubija.
Affarijiet umanitarji
Peress li ċ-ċifri tal-finanzjament li huma ogħla minn qatt qabel xorta mhux qed ikopru l-ħtiġijiet umanitarji li saħansitra huma akbar minn hekk, il-Kunsill iddiskuta kwistjonijiet umanitarji bi tħejjija għas-Summit Umanitarju Dinji, li ser isir f’Istanbul fit-23 u l-24 ta’ Mejju 2016. Il-Ministri enfasizzaw b’mod partikolari l-ħtieġa li jiġu affermati mill-ġdid il-prinċipji umanitarji tal-umanità, l-imparzjalità, in-newtralità u l-indipendenza, u l-importanza li tiġi żgurata l-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali sabiex jiġi żgurat l-aċċess għall-popolazzjonijiet vulnerabbli u s-sikurezza tal-ħaddiema umanitarji.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
- Programm indikattiv - laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Barranin (Żvilupp) tas-26 ta' Ottubru 2015
- Provisional agenda, Foreign Affairs (Development) Council, 26 October 2015
- List of A items, non-legislative activities, Foreign Affairs (Development) Council, 26 October 2015
- Informazzjoni ta' sfond
- List of participants
Stqarrijiet għall-istampa
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2020 - 26/10/2015
Council Conclusions on the EU Horn of Africa Regional Action Plan 2015-2020 - 26/10/2015
Council Conclusions on Policy Coherence for Development (PCD): 2015 EU Report - 26/10/2015
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Afganistan - 26/10/2015
Burundi: l-UE titlob il-ftuħ ta’ konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Cotonou - 26/10/2015
Indicative programme - Foreign Affairs (Development) Council meeting of 26 October 2015 - 23/10/2015
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #FAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 28 ta' Jannar 2025