"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 16-17/11/2015, 16 u 17 ta' Novembru 2015

Riżultati ewlenin

Affarijiet Barranin, 16 ta' Novembru

''L-isfidi fis-Sirja, l-isfidi llum fi Franza, fl-Ewropa, huma sfidi komuni: is-sigurtà hemm tfisser is-sigurtà hawn.  Ma jrid ikun hemm l-ebda konfużjoni bejn il-kwistjoni tal-migrazzjoni u r-refuġjati, u t-theddid terroristiku, għax dawk li qed ifittxu l-protezzjoni tal-UE qed jaħarbu mill-istess theddid li qed inħabbtu wiċċna miegħu.'' Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Fil-bidu nett tal-laqgħa, ir-Rappreżentant Għoli rreferiet għall-attakki ta’ Pariġi, li seħħew wara attakki terroristiċi f’Bejrut, kontra persuni ċivili Russi fuq l-ajruplan fl-Eġittu, u kuljum fl-Iraq u fis-Sirja.

Il-ministri osservaw minuta silenzju f'12:00 b'tifkira tal-vittmi.

Sirja

Il-ministri kellhom diskussjoni dwar is-Sirja, flimkien mal-Mibgħut Speċjali tan-NU Staffan De Mistura. Huma ddiskutew l-aħħar żviluppi li jkopru l-isforzi diplomatiċi reċenti, inklużi d-diskussjonijiet fi Vjenna fit-30 ta’ Ottubru u l-14 ta’ Novembru.

Ir-Rappreżentant Għoli ssottolinjat li s-sejbien ta' soluzzjoni politika għall-kunflitt Sirjan joffri l-aħjar kondizzjonijiet biex jintrebaħ id-Daesh. Hija rrappurtat li s-sens ta’ urġenza, speċjalment għall-Ewropa, inħass u ġie mifhum b’mod ċar ħafna minn dawk kollha madwar il-mejda fi Vjenna. Hija ssottolinjat ukoll li ġiet stabbilita skeda ta’ żmien ambizzjuża.

L-UE tinsab lesta biex tkompli tikkontribwixxi: 

  • fil-livell umanitarju, permezz ta’ proġetti li għaddejjin - l-UE hija l-kontributur ewlieni ta' għajnuna umanitarja b’rispons għall-kriżi Sirjana.
  • fil-livell politiku, b'mod partikolari billi taħdem biex iġġib il-grupp tal-oppożizzjoni madwar il-mejda kif ukoll biex tinbeda t-transizzjoni politika fis-Sirja.

Migrazzjoni

Il-Kunsill iddiskuta l-migrazzjoni, is-segwitu għall-konferenza ta’ livell għoli fuq ir-rotta tal-Balkani tal-Punent fit-8 ta’ Ottubru u s-summit tal-Belt Valletta dwar il-migrazzjoni li sar fil-11 u t-12 ta’ Novembru. Il-ministri ddiskutew segwitu għad-deċiżjonijiet li diġà ttieħdu fuq ir-rotta tal-Mediterran ċentrali u fuq ir-rotta tal-Balkani tal-Punent. Huma laqgħu d-diskussjonijiet miftuħa mas-sħab Afrikani fil-Belt Valletta. Rigward ir-rotta tal-Balkani tal-Punent u tal-lvant huma ddiskutew il-kooperazzjoni mat-Turkija, il-Libanu u l-Ġordan, li għandha ħafna dimensjonijiet, lil hinn sew mill-kwistjoni tar-refuġjati u l-immaniġġar ta' flussi tar-refuġjati u tal-fruntieri.

Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani 

Il-Kunsill iddiskuta s-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani, u ffoka fuq il-proċess ta’ paċi, fid-dawl ta’ vjolenza dejjem tikber b’mod partikolari f’Ġerusalemm tal-Lvant, ix-Xatt tal-Punent u Gaża. L-UE tinsab lesta li tkompli l-impenn tagħha biex tiffaċilita l-qawmien mill-ġdid ta’ proċess politiku kredibbli. Ir-Rappreżentant Għoli ser tkompli taħdem maż-żewġ partijiet, kif ukoll mas-sħab reġjonali u internazzjonali, kemm fil-Kwartett kif ukoll permezz tal-kuntatti bilaterali tagħha.

Affarijiet Barranin - Difiża, 17 ta' Novembru

''Franza ġiet attakkata. L-Ewropa kollha kemm hi ġiet attakkata. Illum Franza fittxet l-għajnuna u l-assistenza tal-Ewropa kollha. U llum l-Ewropa, maqgħuda, wieġbet iva.'' Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

 Il-ministri għad-difiża ddiskutew ir-reazzjoni għall-attakki ta’ Pariġi tat-13 ta’ Novembru 2015.  Il-President Franċiż François Hollande invoka l-artikolu 42§7 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u talab l-għajnuna u l-assistenza bilaterali mill-istati membri l-oħra tal-UE. Il-ministri esprimew l-appoġġ unanimu u sħiħ tagħhom għal Franza u li jinsabu lesti biex jipprovdu l-għajnuna u l-assistenza kollha meħtieġa.

Bini ta' kapaċità għas-sigurtà u l-iżvilupp

Il-ministri ddiskutew l-isforzi biex jgħinu lil pajjiżi sħab jipprevjenu u jimmaniġġaw il-kriżijiet. Ingħaqad magħhom is-Segretarju Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg li ssottolinja li filwaqt li kemm l-UE kif ukoll in-NATO kienu qed jaħdmu ħafna għall-bini ta' kapaċità, jeħtieġ li jsir iktar.  L-istati membri kollha appoġġaw din il-fehma: Li jiżdiedu l-kapaċitajiet fil-pajjiżi sħab huwa l-aħjar mod biex tinħoloq l-istabbiltà u titnaqqas il-ħtieġa għal intervent ta' maniġġar ta’ kriżijiet. 

Ir-Rappreżentant Għoli kkonkludiet id-dibattitu u indikat li l-UE ser tindirizza dawn il-kwistjonijiet fix-xhur li ġejjin billi:

  • tibda timplimenta proġetti pilota f’xi pajjiżi sħab, inklużi l-Mali, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana u s-Somalja;
  • taħdem fuq l-istrumenti finanzjarji differenti possibbli, inkluż fil-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika u strument dedikat futur possibbli.

Operazzjonijiet tal-PSDK

 Il-ministri, flimkien mas-Segretarju Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg, iddiskutew l-operazzjonijiet, b’mod partikolari:

  • EUNAVFOR Med Operation Sophia, l-operazzjoni militari tal-UE fin-Nofsinhar Ċentrali tal-Mediterran;
  • EUMAM RCA, il-missjoni konsultattiva militari tal-UE fir-Repubblika Ċentru-Afrikana.

Il-ministri ġew infurmati li l-operazzjoni Sophia s’issa rriżultat fit-trasferiment ta’ 42 traffikant tal-bnedmin lill-awtoritajiet Taljani u salvat il-ħajja ta’ madwar 5400 migrant. 

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2025