"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 18/10/2016, 18 ta' Ottubru 2016

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill iddiskuta l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-ftehim ekonomiku u kummerċjali komprensiv mal-Kanada (CETA). Il-laqgħa kienet pass importanti biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet li fadal u biex nimxu lejn ftehim komuni.

Il-ministri esprimew appoġġ kbir ħafna, bi stat membru wieħed biss li mhuwiex f’pożizzjoni li jappoġġa d-deċiżjoni f’dan il-waqt. Il-presidenza u l-Kummissjoni ser ikomplu jaħdmu biex jilħqu ftehim sħiħ malajr kemm jista’ jkun.

Ir-Rumanija u l-Bulgarija għamlu wkoll li l-qbil tagħhom ikunu kondizzjonali fuq il-konferma mill-Kanada dwar il-kwistjoni tar-reċiproċità tal-viża.

F'dawn l-aħħar jiem u sigħat seħħew ħafna attivitajiet sabiex il-ġimgħa d-dieħla jiġi ffirmat is-CETA. L-aħbar it-tajba hija li mexjin lejn dan l-objettiv ċar. Naturalment, ma nistgħux naħlu ħin u nagħmlu kull sforz.

Peter Žiga, il-ministru għall-ekonomija u president tal-Kunsill

Il-Kunsill Ewropew ser jiddiskuti wkoll din il-kwistjoni fil-laqgħa tiegħu tal-20–21 ta’ Ottubru.

L-iffirmar tas-CETA huwa ta' prijorità għall-UE. Dan jippermetti tisħiħ u approfondiment tar-relazzjonijiet tal-UE mal-Kanada.

Għandna niftakru fil-vantaġġi tal-kummerċ ħieles. Is-CETA huwa dwar opportunitajiet ġodda fl-era globali, waqt li jiġu rrispettati l-istandards Ewropej. Huwa ftehim modern, bilanċjat u l-aktar ambizzjuż sal-lum.

Peter Žiga, il-ministru għall-ekonomija u president tal-Kunsill

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2024