"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 28/11/2016, 28 ta' Novembru 2016

Riżultati ewlenin

Rieżami tal-kunsens Ewropew għall-iżvilupp

Il-Kunsill iddiskuta r-rieżami tal-kunsens Ewropew għall-iżvilupp, abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni Ewropea. Dan ir-rieżami ser jimplimenta l-Aġenda 2030 għall-iżvilupp sostenibbli.

Matul id-dibattitu, il-ministri insistew fuq l-integrazzjoni ta' aspetti il-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni jew l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kunsens il-ġdid. Huma ssottolinjaw ukoll l-importanza li jissaħħu r-rabtiet bejn l-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja. Il-ministru saħqu wkoll fuq il-ħtieġa ta' kooperazzjoni b'saħħitha mas-soċjetà ċivili u l-atturi privati.

"L-Unjoni Ewropea ilha fuq quddiem nett fit-tiswir tal-kunsens internazzjonali għall-Aġenda 2030 u se nibqgħu punt ta' riferiment qawwi għad-dinja kollha fl-implimentazzjoni tal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli."

Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-AKP wara l-2020

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar ir-relazzjonijiet futuri bejn l-UE u l-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), fid-dawl tal-iskadenza tal-Ftehim ta' Cotonou fl-2020. Id-diskussjoni seħħet abbażi ta' komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli, u ffokat fuq in-natura, l-istruttura u l-estensjoni possibbli tar-relazzjonijiet futuri.

Migrazzjoni u żvilupp

Il-ministri ddiskutew is-segwitu għas-summit tal-Belt Valletta sena wara li sar, bil-ħsieb tal-laqgħa tal-uffiċjali għolja li jmiss fil-Belt Valletta, prevista fit-8 u d-9 ta' Frar 2017. Ir-Rappreżentant Għoli aġġornat lill-ministri dwar il-progress li sar fl-istabbiliment tal-approċċ dwar il-qafas għas-sħubija u l-ftehimiet speċifiċi għall-pajjiżi.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025