"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 11/11/2016, 11 ta' Novembru 2016

Riżultati ewlenin

Strumenti għad-difiża tal-kummerċ u metodoloġija ġdida tal-antidumping

Il-Ministri ddiskutew il-proposta tal-Kummissjoni għal modernizzazzjoni tal-istrumenti tal-UE għad-difiża tal-kummerċ. Id-diskussjoni ffokat fuq ir-regola tad-dazju inferjuri abbażi tad-dokument ta' kompromess ippreżentat mill-presidenza. B'mod ġenerali, il-ministri esprimew ir-rieda tagħhom li jsibu kompromess fuq l-aspetti kollha tal-modernizzazzjoni tal-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ qabel tmiem is-sena, skont il-mandat tal-Kunsill Ewropew.

"Xogħolna hu li nsibu soluzzjoni solida malajr, li ser tgħin lill-produtturi tal-UE jifilħu għall-kompetizzjoni u l-prattiki inġusti. Naħseb li jkun ġust li wieħed jgħid li mxejna pass eqreb lejn ftehim possibbli sa tmiem din is-sena, skont il-mandat tal-mexxejja tagħna fis-summit ta' Ottubru. Din hija l-intenzjoni tal-presidenza.”

Peter Žiga, ministru Slovakk inkarigat mill-kummerċ u president tal-Kunsill

Il-ministri ħadu wkoll nota tal-proposta tal-Kummissjoni għal metodoloġija ġdida tal-antidumping u skont is-Sur Žiga, il-Kunsill lest li jittrattaha b'mod rapidu. Din il-proposta mhi ser tagħti status ta' ekonomija tas-suq lil ebda pajjiż. Ser tkun newtrali f'dawk li huma pajjiżi u tista' tiġi applikata indaqs fil-membri kollha tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-Kunsill qabel li jkompli d-diskussjonijiet fil-livell tekniku.

WTO: segwitu għall-konferenza ta' Nairobi

Il-Kunsill iddiskuta l-proċess ta' wara Nairobi, b'attenzjoni speċjali fuq pakkett possibbli għall-ħdax-il konferenza ministerjali tad-WTO, skedata għal 2017.

L-approċċ tal-Kummissjoni jinkludi bosta oqsma ta' attenzjoni bħas-sussidji għas-sajd, it-trasparenza u l-prattiki regolatorji tajba, ir-regolamentazzjoni domestika fis-servizzi, il-kummerċ elettroniku u l-appoġġ domestiku għall-agrikoltura.

Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll l-istat attwali tan-negozjati għall-ftehim dwar il-kummerċ fis-servizzi (TiSA) u l-ftehim dwar il-beni ambjentali (EGA).

Negozjati kummerċjali bilaterali

Il-Kunsill eżamina l-iżviluppi fin-negozjati dwar it-TTIP, is-sħubija trans-Atlantika ta' kummerċ u ta' investiment mal-Istati Uniti, speċjalment fid-dawl tal-elezzjonijiet fl-Istati Uniti.

"Il-passi li jmiss f'dawn in-negozjati jeħtieġ li jiġu vvalutati hekk kif tiġi stabbilita l-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti."

Peter Žiga, ministru Slovakk inkarigat mill-kummerċ u president tal-Kunsill

Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati mal-Ġappun u l-Mercosur.

L-iffirmar tal-adeżjoni tal-Ekwador mal-ftehim kummerċjali bejn l-UE u l-Kolombja/il-Perù

L-UE, l-istati membri tagħha, l-Ekwador, il-Kolombja u l-Perù ffirmaw il-protokoll tal-adeżjoni tal-Ekwador mal-ftehim ta' kummerċ ħieles tal-UE mal-Kolombja u l-Perù. L-għan komuni huwa li jiġu ffinalizzati l-passi proċedurali kollha li fadal qabel tmiem is-sena sabiex l-applikazzjoni proviżorja tkun tista' tibda fl-1 ta' Jannar 2017.

"Din hija aħbar tajba oħra wara l-iffirmar reċenti tas-CETA. Xhieda li l-UE tagħti riżultati fil-qasam ta' politika ewlieni tagħha tal-kummerċ ħieles u ġust - il-fatti importanti aktar minn dak li jingħad."

Peter Žiga, ministru Slovakk inkarigat mill-kummerċ u president tal-Kunsill 

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025