"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 16/01/2017, 16 ta' Jannar 2017

Riżultati ewlenin

"Bdejna l-ewwel Kunsill tas-sena b’diskussjonijiet dwar is-Sirja u l-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani. Jiena nemmen bis-sħiħ li d-diplomazija taħdem u li tista' tagħti riżultati, u ser inkompli naħdem f’din id-direzzjoni fl-2017 u lil hinn."

Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Sirja

Il-Kunsill iddiskuta l-iżviluppi fis-Sirja, għall-ewwel darba minn mindu ġie mħabbar ftehim għall-waqfien tal-ostilitajiet. Fid-diskussjoni tagħhom, il-ministri laqgħu l-ftehim innegozjat u ggarantit mir-Russja u t-Turkija. Huma esprimew it-tama li dan jista' jiġi implimentat b’mod sħiħ mill-partijiet kollha għall-konflitt.

Il-ministri affermaw mill-ġdid l-appoġġ sħiħ tal-UE għall-proċess immexxi min-NU u lill-Mibgħut Speċjali tan-NU Staffan de Mistura. Huma nnutaw li l-laqgħa prevista f’Astana fit-23 ta’ Jannar, jekk tkun kompletament inklużiva, tista’ tikkontribwixxi għat-tkomplija b’suċċess tat-taħditiet intra-Sirjani f’Ġinevra taħt l-awspiċji tan-NU, previsti għat-8 ta’ Frar 2017. Il-ministri fakkru fil-ħtieġa li jkun żgurat aċċess u protezzjoni umanitarju sħiħ fil-pajjiż kollu.

Il-Kunsill tenna wkoll l-appoġġ tiegħu għall-inizjattiva reġjonali tal-UE dwar il-futur tas-Sirja. Din l-inizjattiva għandha l-għan li ssib bażi komuni għall-arranġamenti ta’ wara l-konflitt fis-Sirja kif ukoll ir-rikonċiljazzjoni u r-rikostruzzjoni ladarba tinsab għaddejja sew it-tranżizzjoni politika kredibbli, u b’koordinazzjoni mal-isforzi tan-NU u appoġġ sħiħ għalihom. Ir-Rappreżentant Għoli informat lill-ministri dwar l-aħħar ċiklu ta’ diskussjonijiet li saru f’dan il-qafas mal-parteċipanti reġjonali ewlenin: L-Eġittu, l-Iran, il-Ġordan, il-Libanu, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Arabja Sawdija u dalwaqt it-Turkija u l-Qatar.

Il-Kunsill qabel li l-UE ser tospita konferenza dwar is-Sirja u r-reġjun fi Brussell fir-rebbiegħa tal-2017, bħala segwitu tal-konferenza ta’ Londra li saret fi Frar 2016. Il-konferenza mistennija tiffoka fuq tliet oqsma:

  • il-proċess politiku lejn tranżizzjoni, b’mod partikolari biex jittieħed kont tas-sitwazzjoni attwali tat-taħditiet tan-NU f’Ġinevra;
  • il-ħidma umanitarja u l-appoġġ għar-reżiljenza u l-istabbilizzazzjoni, biex jittieħed kont tal-implimentazzjoni tal-impenji ta’ Londra u jiġu identifikati n-nuqqasijiet possibbli u kif dawn jiġu indirizzati, inkluż permezz ta’ wegħdiet ġodda possibbli;
  • l-appoġġ possibbli għar-rikostruzzjoni u r-rikonċiljazzjoni ta’ wara l-konflitt ladarba tinsab għaddejja sew it-tranżizzjoni politika kredibbli.

Id-diskussjoni ministerjali ser tikkontribwixxi għat-tħejjija tal-komunikazzjoni konġunta li jmiss mir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-istrateġija tal-UE dwar is-Sirja, li hija ppjanata li tiġi ppreżentata lill-ministri tal-UE sa April 2017.

Proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri ddiskutew il-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani. Filwaqt li bnew fuq l-eżitu tal-konferenza internazzjonali li saret f’Pariġi fil-15 ta’ Jannar, il-ministri ddiskutew modi biex jintlaħaq ftehim ta’ paċi komprensiv, tiġi ppreservata l-vijabbiltà tas-soluzzjoni ta’ żewġ stati u jitreġġgħu lura x-xejriet negattivi li hemm bħalissa fuq il-post.

Din kienet l-ewwel laqgħa tal-Kunsill li saret fil-bini Ewropa l-ġdid, li f’Jannar ta' din is-sena sar is-sede prinċipali tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill tal-UE.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025