- Kunsill Affarijiet Barranin
Kunsill Affarijiet Barranin, 15/05/2017, 15 ta' Mejju 2017
Riżultati ewlenin
Afrika
L-enfasi llum kienet fuq l-Afrika. Ir-relazzjoni tagħna qed tinbidel minn approċċ tradizzjonali ta' għajnuna għal sħubija vera fl-oqsma kollha, mit-tibdil fil-klima, is-sigurtà, l-iżvilupp ekonomiku, il-migrazzjoni u l-għajnuna umanitarja. Dawn id-diskussjonijiet ser jgħinuna nħejju s-Summit bejn l-Afrika u l-UE f’Novembru, li ser jikkonċentra fuq iż-żgħażagħ u fuq kif nistgħu noffru opportunitajiet liż-żgħażagħ fl-Ewropa u b’mod partikolari fl-Afrika. Dan huwa l-aħjar mod kif tiġi ġestita l-migrazzjoni. Dan huwa wkoll l-aħjar mod kif tiġi evitata r-radikalizzazzjoni.
Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Il-ministri għall-affarijiet barranin iddiskutew is-sitwazzjoni fil-Qarn tal-Afrika, reġjun li qed jiffaċċa destabbilizzazzjoni, b’mod partikolari fis-Somalja u s-Sudan t’Isfel. Id-diskussjoni ffokat fuq l-isfidi politiċi u fil-qasam tas-sigurtà, inklużi l-implikazzjonijiet tas-sitwazzjoni fir-reġjun b'mod ġenerali. Il-ministri ssottolinjaw l-importanza strateġika tal-involviment tal-UE permezz ta’ preżenza politika qawwija u kontribut kontinwu għall-paċi u s-sigurtà, inkluż permezz tal-missjonijiet u l-operazzjoni eżistenti tal-PSDK. Dan l-impenn jinżdied mal-iżvilupp u l-għajnuna umanitarji sinifikanti pprovduti mill-UE u l-Istati Membri tagħha li għadhom meħtieġa ferm fid-dawl tal-fatt li hemm 13-il miljun ruħ li qed jiffaċċaw sitwazzjoni serja ta' ġuħ u 650 000 ruħ jinsabu spostati internament fir-reġjun. Il-ministri għall-iżvilupp ser ikomplu jiddiskutu s-sitwazzjoni umanitarja waqt laqgħa tal-Kunsill nhar il-Ġimgħa (19 ta’ Mejju).
Il-Kunsill kellu wkoll dibattitu aktar ġenerali dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Afrika u l-UE. Il-ministri għall-affarijiet barranin laqgħu il-komunikazzjoni konġunta mir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni għal impetu mġedded tas-Sħubija bejn l-Afrika u l-UE. Id-diskussjoni ser tikkontribwixxi għat-tħejjija tas-Summit bejn l-UE u l-Afrika li ser isir f’Novembru, u li ser jiffoka fuq iż-żgħażagħ. F’dan il-kuntest, il-ministri enfasizzaw l-importanza tal-ħolqien tal-impjiegi inkluż billi tiġi żgurata klima favorevoli għall-kummerċ u l-investiment privat, u tal-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u politika taż-żgħażagħ fl-Afrika.
Il-ministri għall-affarijiet barranin imbagħad iddiskutew kif tista' tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Unjoni Afrikana fir-rigward tal-ħafna sfidi li qed jiffaċċaw iż-żewġ kontinenti ma’ Moussa Faki Mahahat, il-President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana.
- Komunikazzjoni konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal spinta ġdida għas-sħubija UE-Afrika
- Relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika (informazzjoni ġenerali)
Venezwela
Fid-dawl tal-iżviluppi inkwetanti reċenti fil-pajjiż, il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-Venezwela.
Sħubija tal-Lvant
Il-Kunsill kellu wkoll skambju ta' fehmiet dwar is-Sħubija tal-Lvant (SL), qabel il-laqgħa ministerjali tas-SL li ser issir fid-19 ta’ Ġunju fil-Lussemburgu u qabel is-Summit tas-SL previst għall-24 ta’ Novembru fi Brussell.
Il-ministri tennew l-importanza kruċjali tas-Sħubija tal-Lvant għall-Unjoni Ewropea. Enfasizzaw l-unità tagħhom f'appoġġ għar-reġjun u għal kull wieħed mill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant (l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Georgia, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukrajna) b’mod individwali. Huma enfasizzaw ukoll id-determinazzjoni tagħhom li jinkisbu riżultati konkreti għall-benefiċċju taċ-ċittadini, kemm fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant. F’dan il-kuntest, huma laqgħu l-progress fil-liberalizzazzjoni tal-viża għall-Georgia u l-Ukrajna u ssottolinjaw l-importanza tal-implimentazzjoni ta’ Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni/Żoni ta’ Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi (AA/DCFTAs) u tar-riformi.
Sigurtà u difiża
Il-ministri għall-affarijiet barranin kellhom diskussjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali tal-UE fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża. Huma evalwaw il-progress, b’mod partikolari bil-ħsieb tad-diskussjoni fil-Kunsill Affarijiet Barranin (Difiża) fit-18 ta’ Mejju, li huwa mistenni jadotta konklużjonijiet dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
- Indicative programme, Foreign Affairs Council, 15 May 2017
- Provisional agenda, Foreign Affairs Council, 15 May 2017
- List of A items, non-legislative activities, Foreign Affairs Council, 15 May 2017
- Addendum għal-lista ta’ punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Affarijiet Barranin, 15 ta’ Mejju 2017
- Background brief
Dokumenti ta' eżitu
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #FAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2024