- Kunsill Affarijiet Barranin
Kunsill Affarijiet Barranin, 18/05/2017, 18 ta' Mejju 2017
Riżultati ewlenin
L-Istrateġija Globali tal-UE - Implimentazzjoni fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża
"Illum aħna affermajna d-determinazzjoni komuni tagħna li nsaħħu l-ħidma tagħna fis-sigurtà u d-difiża, bħala l-Unjoni Ewropea. Din ser ittejjeb l-abbiltà tagħna li naġixxu bħala fornitur dinji tas-sigurtà u ser issaħħaħ ir-rwol strateġiku globali tagħna, kif mistenni minn sħabna fid-dinja u miċ-ċittadini tagħna. Ser intejbu wkoll il-kapaċità tagħna li naġixxu b’mod awtonomu kull meta u kull fejn ikun meħtieġ u mas-sħab fejn possibbli."
Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
B’segwitu għad-diskussjonijiet tal-ministri għall-affarijiet barranin fil-laqgħa tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju, il-ministri għad-difiża kellhom dibattitu dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali tal-UE fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża. Huma vvalutaw il-progress u enfasizzaw għadd ta’ inizjattivi prijoritarji. Il-Kunsill adotta konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-sigurtà u d-difiża fil-kuntest tal-Istrateġija Globali tal-UE.
- "L-UE tibqa' impenjata li ssaħħaħ is-sigurtà u d-difiża": Il-Kunsill jadotta Konklużjonijiet (stqarrija għall-istampa, 18/05/2017)
- Kooperazzjoni tal-UE dwar is-sigurtà u d-difiża (informazzjoni ġenerali)
Kooperazzjoni UE-NATO
Il-Kunsill iddiskuta l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO mas-Segretarju Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg. Il-Ministri għad-difiża evalwaw il-kooperazzjoni, b’mod partikolari s-sett komuni ta’ 42 proposta fis-seba' oqsma identifikati fid-Dikjarazzjoni Konġunta mill-President tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kummissjoni Ewropea u s-Segretarju Ġenerali tan-NATO. Huma laqgħu l-progress li sar f'bosta oqsma, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-theddidiet ibridi u kif ukoll fil-kondiviżjoni ta' informazzjoni, il-komunikazzjonijiet strateġiċi u l-kooperazzjoni marittima.
Kemm ir-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini kif ukoll is-Segretarju Ġenerali Stoltenberg enfasizzaw li l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO saret in-norma aktar milli l-eċċezzjoni, biż-żewġ organizzazzjonijiet jaħdmu flimkien b’mod prattiku u operattiv għall-benefiċċju reċiproku tagħhom.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #FAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025