Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Barranin

Vidjokonferenza tal-ministri għad-difiża, 12 ta' Mejju 2020

Riżultati ewlenin

Illum il-ministri tal-UE għad-difiża kellhom vidjokonferenza, immexxija mir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Josep Borrell.

Il-pandemija tal-Covid-19 wisq probabbli ser tiddeterjora l-ambjent tas-sigurtà tagħna fis-snin li ġejjin, li jżid biss il-ħtieġa għal sigurtà u difiża aktar b'saħħithom tal-UE. Josep Borrell, Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-ministri ddiskutew l-implikazzjonijiet għas-sigurtà u d-difiża tal-pandemija tal-Covid-19, b'attenzjoni partikolari fuq ir-rwol tal-forzi armatifl-appoġġ għal atturi ċivili u fl-għoti ta' appoġġ transfruntier bejn l-istati membri. F'dan il-kuntest it-Task Force li ġiet stabbilita fl-aħħar vidjokonferenza tal-ministri għad-difiża fis-6 ta' April ħadmet mill-qrib mal-istati membri biex jiġi żgurat l-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki.

Il-ministri qablu li l-UE għandha tkompli tagħmel l-almu tagħha biex iżżomm il-preżenza operazzjonali fuq il-post tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni tagħha, filwaqt li tippreserva is-sikurezza tal-persunal skjerat.

Huma ssottolinjaw ukoll il-ħtieġa li jissaħħu t-tħejjija u r-reżiljenza għall-futur billi jitwettqu eżerċizzji, tissaħħaħ il-ħidma fuq iċ-ċibersigurtà u jiġi miġġieled it-theddid ibridu inkluż it-tisħiħ ta' sforzi biex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni.

Is-Segretarju Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg u s-Sotto-Segretarju għall-Operazzjonijiet ta' Paċi tan-UN Jean-Pierre Lacroix taw aġġornament dwar il-ħidma li għaddejja bħalissa fl-organizzazzjonijiet tagħhom. Huma ddiskutew mal-ministri l-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża fl-indirizzar tal-kriżi tal-Covid-19.

Il-ministri tal-UE għad-difiża ddiskutew l-impatt tal-Covid-19

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025