"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Vidjokonferenza tal-ministri għall-affarijiet barranin, 15 ta' Mejju 2020

Riżultati ewlenin

Illum il-ministri tal-UE għall-affarijiet barranin kellhom vidjokonferenza, immexxija mir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Josep Borrell.

Kellna diskussjoni tajba ħafna u importanti dwar il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani. Ir-riżoluzzjoni tal-kunflitt Iżraeljan-Palestinjan tibqa' prijorità u fl-interess strateġiku tal-Unjoni Ewropea. Ninsabu lesti biex ngħinu. Josep Borrell, Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

L-ewwel, il-ministri kellhom diskussjoni komprensiva dwar il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani fil-kuntest tal-formazzjoni ta' gvern ġdid fl-Iżrael. Il-ministri esprimew ir-rieda tagħhom li jaħdmu b'mod komprensiv u kostruttiv mal-gvern il-ġdid ladarba jkun ħa l-ġurament, iżda affermaw mill-ġdid ukoll l-appoġġ tagħhom għal soluzzjoni negozjata ta' żewġ stati.

Imbagħad il-ministri għall-affarijiet barranin kellhom diskussjoni dwar il-Viċinat tan-Nofsinhar u s-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani usa', fid-dawl tal-pandemija tal-Covid-19. F'dan il-kuntest il-ministri esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-konsegwenzi soċjoekonomiċi tal-pandemija, u qablu li l-kriżi attwali hija opportunità biex issir riflessjoni dwar ir-relazzjonijiet tal-UE mar-reġjun fit-terminu medju u twil ta' żmien.

Imbagħad il-ministri approvaw dikjarazzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant tal-Mediterran.

Fl-aħħar nett, il-ministri ġew infurmati dwar it-tħejjijiet:

  • għar-raba' Konferenza ta' Brussell dwar il-Futur tas-Sirja u r-Reġjun li ser issir fit-30 ta' Ġunju f'format virtwali, u
  • Vidjokonferenza tad-donaturi għall-kriżi ta' spostament tal-Venezwela fis-26 ta' Mejju, li ser tkun immexxija b'mod konġunt mill-Unjoni Ewropea u minn Spanja.
Il-Ministri tal-UE għall-Affarijiet Barranin iddiskutew il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani u l-impatt globali tal-COVID-19

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025