Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Barranin

Vidjokonferenza tal-ministri għall-affarijiet barranin, 29 ta' Mejju 2020

Riżultati ewlenin

Illum il-ministri tal-UE għall-affarijiet barranin kellhom vidjokonferenza, immexxija mir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Josep Borrell.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Iċ-Ċina hija waħda mill-atturi globali ewlenin u l-UE għandha tkompli bl-impenn tagħha maċ-Ċina abbażi tal-interessi u l-objettivi tagħha. Jekk ikollu suċċess dan l-involviment ser jgħin biex tissawwar dinja aktar stabbli u prospera, iżda wkoll dinja li tirrispetta d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-ministri l-ewwel kellhom diskussjoni qasira dwar l-Afganistan. Huma affermaw mill-ġdid l-appoġġ tagħhom għal proċess ta’ paċi tal-Afgani u mmexxi mill-Afgani. Huma tennew il-ħtieġa għal waqfien sħiħ u permanenti mill-ġlied fil-pajjiż kollu. Id-diskussjoni kkonfermat l-adozzjoni mill-Kunsill ta’ konklużjonijiet dwar il-proċess ta’ paċi fl-Afganistan u l-appoġġ futur tal-UE għall-paċi u l-iżvilupp fil-pajjiż.

Il-ministri għall-affarijiet barranin imbagħad iffukaw fuq il-punt ewlieni fuq l-aġenda, ir-relazzjonijiet tal-UE maċ-Ċina. Id-diskussjoni enfasizzat in-natura kumplessa u multidimensjonali tar-relazzjoni, li tinkludi dimensjonijiet kemm politiċi kif ukoll ekonomiċi.

Il-ministri ddiskutew l-iżviluppi mill-Komunikazzjoni Konġunta ta’ Marzu 2019 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina s’issa. Kellhom skambju ta’ fehmiet dwar kif għandha tiġi żviluppata relazzjoniunifikata u bbilanċjata maċ-Ċina dwar l-aspetti kollha tar-relazzjoni wiesgħa, mill-kummerċ u l-investiment, fejn hemm bżonn ta’ kundizzjonijiet aktar ekwi, għall-isfidi globali bħat-tibdil fil-klima, il-paċi u s-sigurtà internazzjonali fir-reġjuni kollha tad-dinja, kif ukoll kwistjonijiet kruċjali ta' drittijiet tal-bniedem.

Il-ministri ttrattaw ukoll l-iżviluppi l-aktar reċenti f’Hong Kong, li dwarhom ġiet maqbula wkoll dikjarazzjoni tal-UE.

Fl-aħħar il-ministri ġew infurmati dwar l-impatt ta’ Covid19 fuq ir-reġjun tal-Asja tal-Paċifiku.

Punti ewlenin mill-vidjokonferenza tal-ministri għall-affarijiet barranin tad-29 ta' Mejju 2020.

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025