"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Vidjokonferenza tal-ministri għall-affarijiet barranin (żvilupp), 8 ta' Ġunju 2020

Riżultati ewlenin

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
L-Unjoni Ewropea turi r-rwol mexxej tagħha fit-tiftix ta' soluzzjonijiet globali għall-kriżi tal-coronavirus. Qegħdin hemm għas-sħab tagħna. Issa huwa l-waqt biex il-pakkett Tim Ewropa jitwettaq b'mod rapidu.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-ministri għall-iżvilupp tal-UE kellhom laqgħa informali permezz ta' vidjokonferenza biex jiddiskutu l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-pakkett Tim Ewropa, li tnieda fit-8 ta' April 2020 biex jappoġġa lill-pajjiżi sħab fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjoekonomiċi tagħha.

Il-Ministri laqgħu l-aħbar li l-ammont mobilizzat mill-pakkett Tim Ewropa issa jilħaq kważi 36 biljun euro, li jinkludi kontribuzzjonijiet mill-Kummissjoni Ewropea, l-istati membri tal-UE, il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp.

Dawn ir-riżorsi ser jintużaw biex jingħata appoġġ lill-pajjiżi sħab tal-UE biex jindirizzaw il-pandemija, b'attenzjoni speċifika fuq: it-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa, l-iffaċilitar tal-irkupru soċjoekonomiku, l-iżgurar tal-fluss tal-merkanzija, u l-investiment fir-riċerka dwar it-trattamenti u t-tilqim.

Id-diskussjoni kkonfermat ukoll l-adozzjoni mill-Kunsill ta' konklużjonijiet dwar ir-Rispons Globali ta' Tim Ewropa għall-COVID-19.

Qabel id-diskussjoni, id-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, Dr Tedros Adhanom Ghebreyesus infoma lill-ministri dwar ir-rwol li qdiet id-WHO waqt il-pandemija tal-COVID-19 fl-iżgurar tal-koordinazzjoni u l-assistenza globali għall-pajjiżi l-aktar vulnerabbli.

Taħt ġrajjiet kurrenti, il-ministri ġew aġġornati dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati għal sħubija ġdida UE-AKP wara l-2020.

Huma ġew infurmati wkoll dwar l-arkitettura finanzjarja futura għall-iżvilupp sostenibbli u l-viċinat, li ġiet proposta mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss.

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Frar 2025