"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Vidjokonferenza tal-ministri għall-affarijiet barranin, 15 ta' Ġunju 2020

Riżultati ewlenin

Il-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE kellhom vidjokonferenza, preseduta mir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Josep Borrell, biex jiddiskutu r-relazzjonijiet transatlantiċi.

Is-sħubija transatlantika hija waħda mill-pilastri ewlenin tal-ordni dinji u l-vidjokonferenza tal-lum tenniet l-impenn tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea li jkomplu din il-kooperazzjoni mill-qrib. Josep Borrell, Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-ministri pparteċipaw fi djalogu strateġiku mas-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti, is-Sur Mike Pompeo, dwar ir-relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u l-Istati Uniti u kwistjonijiet ewlenin ta' politika barranija.

Il-suġġetti ewlenin li ġew indirizzati kienu: ir-relazzjonijiet maċ-Ċina, inkluż is-sitwazzjoni f'Hong Kong, il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, is-Sħubija tal-Lvant b'enfasi fuq l-Ukrajna, u l-problema orizzontali tad-diżinformazzjoni.

Dwar iċ-Ċina, ir-Rappreżentant Għoli ssuġġerixxa li jitnieda djalogu bilaterali għalih li jiffoka fuq l-isfidi li jġibu magħhom ir-relazzjonijiet ma' Beijing. Dwar il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, il-ministri ssottolinjaw l-importanza li l-Iżraeljani u l-Palestinjani jiġu mħeġġa li jinvolvu ruħhom fi proċess politiku kredibbli u sinifikattiv, u esprimew ir-rieda tagħhom li jgħinu u jiffaċilitaw tali proċess.

Id-diskussjoni dwar il-Viċinat tal-Lvant ikkonfermat li sħubija b'saħħitha bejn l-UE u l-Istati Uniti ser tibqa' kruċjali – b'mod partikolari fir-rigward tal-Ukrajna.

Suġġetti oħra li ssemmew matul id-diskussjoni jinkludu l-kriżi globali marbuta mal-pandemija tal-Covid-19, is-sitwazzjoni fil-Lvant tal-Mediterran, u l-konferenza ta' Brussell IV dwar l-appoġġ lis-Sirja li ser issir fit-30 ta' Ġunju 2020.

Taħt ġrajjiet kurrenti, il-ministri ġew infurmati dwar il-Konferenza li ġejja tas-Sħubija tas-Sudan ippjanata għall-25 ta' Ġunju 2020 f'format virtwali.

L-UE hija impenjata li tkompli l-kooperazzjoni transatlantika mill-qrib tagħha mal-Istati Uniti

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Frar 2025