"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Vidjokonferenza tal-ministri għall-affarijiet barranin (difiża), 16 ta' Ġunju 2020

Riżultati ewlenin

Il-ministri għad-difiża tal-UE kellhom vidjokonferenza, ippreseduta mir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Josep Borrell, biex jiddiskutu l-aġenda tal-UE tas-sigurtà u d-difiża.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Illum qbilna li nniedu l-iżvilupp ta' Kumpass Strateġiku biex il-livell ta' ambizzjoni tagħna dwar is-sigurtà u d-difiża maqbul fl-2016 insarrfuh f'orjentazzjonijiet ta' politika aktar konkreti.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-ministri l-ewwel iddiskutew kif jissaħħaħ l-involviment operattiv tal-UE, b'referenza għal:

- l-iskjerament mill-ġdid ta' persunal militari ta' missjonijiet ta' taħriġ, bil-ħsieb li b'mod gradwali jerġgħu jibdew l-attivitajiet tagħhom
- il-ħtieġa li tissaħħaħ is-saħħa tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet militari tal-UE permezz ta' ġenerazzjoni tal-forzi
- l-importanza li tiġi stabbilita Faċilità Ewropea tal-Paċi effettiva qabel tmiem is-sena

Imbagħad il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar kif jistgħu jmexxu 'l quddiem l-inizjattivi tad-difiża tal-UE bħall-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) u l-iżvilupp ta' Kumpass Strateġiku tal-UE.

Fl-aħħarnett il-ministri ddiskutew il-kwistjoni tal-mezzi finanzjarji meħtieġa biex jiġu implimentati l-inizjattivi tas-sigurtà u d-difiża tal-UE, b'attenzjoni fuq il-Fond Ewropew għad-Difiża, il-Mobbiltà Militari u l-Faċilità Ewropea għall-Paċi.

Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża

Qabel il-vidjokonferenza tal-ministri għad-difiża saret laqgħa tal-bord ta' tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża.

Il-ministri għad-difiża ddiskutew l-involviment operazzjonali tal-UE u l-inizjattivi ta' difiża

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025