"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 13 ta' Lulju 2020

Riżultati ewlenin

Turkija

Il-Kunsill kellu dibattitu dwar it-Turkija.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
It-Turkija hija pajjiż importanti għall-UE li miegħu nixtiequ naraw ir-relazzjonijiet tagħna jissaħħu u jiġu żviluppati. Dan għandu jsir fir-rispett tal-valuri, il-prinċipji u l-interessi tal-UE. Fl-istess ħin hemm żviluppi inkwetanti, b'mod partikolari fil-Lvant tal-Mediterran u fir-rigward tal-Libja, li jaffettwaw l-interessi tal-UE.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Kien hemm kunsens fost l-istati membri li r-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija attwalment kienu taħt pressjoni minħabba żviluppi inkwetanti li jaffettwaw l-interessi tal-UE, b'mod partikolari fil-Lvant tal-Mediterran u fil-Libja. Il-ministri qablu li kellhom jiġu indirizzati diversi kwistjonijiet serji mit-Turkija sabiex tinbidel id-dinamika konfrontazzjonali attwali, u jinħoloq ambjent ta' fiduċja.

F'konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-attivitajiet ta' tħaffir illegali tat-Turkija fiż-Żona Ekonomika Esklussiva ta' Ċipru tal-15 ta' Lulju 2019 u d-dikjarazzjoni dwar il-Lvant tal-Mediterran tal-15 ta' Mejju 2020, ġie enfasizzat li l-azzjonijiet unilaterali tat-Turkija, b'mod partikolari fil-Lvant tal-Mediterran, li jmorru kontra l-interessi tal-UE, id-drittijiet sovrani tal-istati membri tal-UE u d-dritt internazzjonali, għandhom jintemmu.

Il-ministri appellaw ukoll lit-Turkija biex tikkontribwixxi b'mod attiv għal soluzzjoni politika fil-Libja u biex tirrispetta l-impenji li kienet ħadet fil-qafas tal-proċess ta' Berlin, inkluż l-embargo fuq l-armi tan-NU. L-istati membri ssottolinjaw l-importanza tal-Operazzjoni IRINI biex jiġi żgurat ir-rispett tal-embargo fuq l-armi mill-atturi kollha u impenjaw ruħhom li jikkunsidraw modi biex tiġi aċċertata l-effettività sħiħa tagħha, bil-għan li tiġi evitata l-eskalazzjoni fuq il-post.

Il-ministri kkundannaw ukoll id-deċiżjoni Torka li Hagia Sophia tiġi kkonvertita lura għal moskea billi din id-deċiżjoni inevitabbilment ser tagħti lok għal nuqqas ta' fiduċja, tippromwovi diviżjonijiet mġedda bejn il-komunitajiet reliġjużi u timmina l-isforzi għad-djalogu u l-kooperazzjoni. Kien hemm appoġġ wiesa' biex l-awtoritajiet Torok jerġgħu jikkunsidraw b'mod urġenti u jreġġgħu lura d-deċiżjoni tagħhom.

Fl-aħħar nett, kien hemm appoġġ wiesa' biex ir-Rappreżentant Għoli jkun jista' jesplora modi ulterjuri li jistgħu jikkontribwixxu biex jonqsu t-tensjonijiet u jintlaħaq qbil dwar kwistjonijiet li qed ixekklu dejjem aktar ir-relazzjoni bejn l-UE u t-Turkija.

Amerka Latina u l-Karibew

Il-Kunsill iddiskuta r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Amerka Latina u l-Karibew, fid-dawl tal-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19.

Il-ministri ddiskutew b'mod partikolari kif l-UE tista' tappoġġa r-reġjun bil-ħsieb li l-impenn politiku tal-UE mar-reġjun jerġa' jingħata l-ħajja f'dan il-mument kritiku.

Ġrajjiet kurrenti

Il-ministri ddiskutew id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar s-sigurtà nazzjonali f'Hong Kong. F'dan il-kuntest il-ministri ddikjaraw mill-ġdid l-appoġġ tal-UE għall-awtonomija u l-libertajiet fundamentali tal-poplu ta' Hong Kong, u ssottolinjaw li tali deċiżjoni jista' jkollha impatt fuq ir-relazzjonijiet tal-UE maċ-Ċina.

Il-Kunsill Affarijiet Barranin imbagħad ġie infurmat dwar il-Libja, fejn is-sitwazzjoni fil-post għadha ħażina, u l-ksur sfaċċat tal-embargo fuq l-armi għadu rreġistrat.

Il-ministri ġew infurmati wkoll dwar l-iżviluppi fid-Djalogu bejn Belgrad u Pristina, li reġa' inbeda mill-ġdid dan l-aħħar, u l-laqgħa li jmiss tiegħu ppjanata għall-Ħamis 16 ta' Lulju fi Brussell.

Fl-aħħar nett, ir-Rappreżentant Għoli tkellem ukoll dwar il-Venezwela, li dwarha kien ippropona li jsejjaħ laqgħa ministerjali tal-Grupp ta' Kuntatt Internazzjonali, segwita minn laqgħat mal-Grupp ta' Lima u atturi ewlenin oħra.

Konklużjonijiet tal-Kunsill

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar:

Punti ewlenin tal-Kunsill Affarijiet Barranin, 13 ta' Lulju 2020

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Frar 2025