"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Vidjokonferenza tal-ministri għall-affarijiet barranin, 14 ta' Awwissu 2020

Riżultati ewlenin

Il-ministri jindirizzaw is-sitwazzjonijiet urġenti fil-Lvant tal-Mediterran u fil-Belarussja wara l-elezzjonijiet Presidenzjali fid-9 ta' Awwissu. Il-ministri tkellmu wkoll dwar is-sitwazzjonijiet fil-Libanu, il-Venezwela u l-Bolivja.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Illum, l-UE rreaġixxiet fl-għaqda u b'mod deċiżiv biex tiddefendi l-interessi u l-valuri tal-UE, fi ħdan l-Unjoni u lil hinn mill-fruntieri tagħna. Aħna dejjem ser niddefendu d-dritt internazzjonali, id-demokrazija, id-drittijiet u l-libertajiet tal-bniedem.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-Lvant tal-Mediterran

Il-ministri ddiskutew is-sitwazzjoni fil-Lvant tal-Mediterran, wara li s-sitwazzjoni tas-sigurtà f'dawn l-aħħar jiem qelbet ħafna għall-agħar. Huma affermaw mill-ġdid is-solidarjetà sħiħa tal-UE mal-Greċja u ma' Ċipru u tennew li d-drittijiet sovrani tal-istati membri tal-UE jridu jiġu rispettati. Dieskalazzjoni immedjata mit-Turkija tqieset li hija kruċjali.

Il-Ministri fakkru fl-eżitu tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-13 ta' Lulju. Huma tennew appoġġ qawwi għall-isforzi tar-Rappreżentant Għoli biex jerġa' jistabbilixxi djalogu u jiffaċilita l-involviment mill-ġdid mat-Turkija. Fl-istess ħin, ir-Rappreżentant Għoli għandu jħejji għażliet dwar aktar miżuri xierqa f'każ li t-tensjonijiet ma jbattux.

Aktar tard f'Awwissu, fil-Gymnich, ser issir diskussjoni aktar wiesgħa dwar ir-relazzjonijiet mat-Turkija.

Il-Belarussja

Il-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE indirizzaw l-elezzjonijiet Presidenzjali tal-Belarussja li saru fid-9 ta' Awwissu.

Il-ministri tennew l-appell ripetut tagħhom lill-awtoritajiet Belarussi biex iwaqqfu l-vjolenza sproporzjonata u inaċċettabbli kontra d-dimostranti paċifiċi u biex jeħilsu lil dawk li ġew arrestati. Matul id-diskussjonijiet tagħhom, il-ministri bagħtu sinjal qawwi ta' appoġġ mill-UE lill-popolazzjoni Belarussa fix-xewqa tagħha għal bidla demokratika.

Il-ministri tennew li l-elezzjonijiet la kienu ħielsa u lanqas ġusti. L-Unjoni Ewropea tikkunsidra li r-riżultati ġew iffalsifikati u għalhekk ma taċċettax ir-riżultati tal-elezzjoni kif ippreżentati mill-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tal-Belarussja. Għalhekk, l-Unjoni Ewropea ser tressaq proposta lill-awtoritajiet Belarussi għall-appoġġ tal-UE fl-istabbiliment u fil-faċilitazzjoni ta' djalogu bejn l-awtoritajiet politiċi, l-oppożizzjoni u s-soċjetà inġenerali bil-għan li tissolva l-kriżi attwali.

Il-ministri qablu wkoll dwar il-ħtieġa li jiġu ssanzjonati dawk responsabbli għall-vjolenza, ir-repressjoni u l-falsifikazzjoni tar-riżultati tal-elezzjonijiet. Il-ħidma fuq listi addizzjonali fi ħdan il-qafas eżistenti tas-sanzjonijiet għall-Belarussja ser tibda minnufih.

Il-ministri qablu li jerġgħu lura biex jirrieżaminaw ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Belarussja fil-laqgħa informali tagħhom li jmiss fl-aħħar ta' Awwissu.

Affarijiet oħra

Il-ministri evalwaw is-sitwazzjoni fil-Libanu wara l-isplużjoni devastanti fil-port ta' Bejrut fl-4 ta' Awwissu. Ir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissarju għall-Viċinat u għat-Tkabbir aġġornaw lill-ministri dwar l-isforzi rapidi u sostanzjali tal-UE biex tassisti lil-Libanu.

Il-ministri ddiskutew is-sitwazzjoni fil-Venezwela, b'mod partikolari l-impass attwali dwar l-elezzjonijiet leġiżlattivi li jmiss. F'dan ir-rigward, ir-Rappreżentant Għoli Borrell iddeskriva l-kuntatti tiegħu fl-aħħar ftit ġimgħat mal-gvern u mal-gruppi ewlenin tal-oppożizzjoni ta' Maduro.

Il-ministri evalwaw ukoll is-sitwazzjoni fil-Bolivja, filwaqt li nnotaw il-ħtieġa għal djalogu paċifiku u l-ħtieġa li l-partijiet kollha jwarrbu d-differenzi tagħhom u jimpenjaw ruħhom għal soluzzjoni li tindirizza kemm it-tħassib relatat mal-COVID-19 kif ukoll id-dritt tan-nies biex jivvutaw.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Frar 2025