"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-iżvilupp, 14 ta' Ġunju 2021

Riżultati ewlenin

Il-ministri tal-UE għall-iżvilupp qasmu l-fehmiet tagħhom b'mod informali dwar il-pajjiżi bi dħul medju (MICs)- żvilupp fi tranżizzjoni, u l-iżvilupp tal-bniedem.

L-ewwel skambju ta' fehmiet dwar kif jista' jkun hemm ħidma aktar strateġika mal-MICs seħħ ftit wara l-adozzjoni tal-Istrument il-ġdid ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI-Ewropa Globali), li bih ikun possibbli approċċ tal-UE aktar integrat ma' pajjiżi sħab.

Fl-iskambju tagħhom il-ministri għall-iżvilupp semmew kif il-pajjiżi bi dħul medju ntlaqtu b'mod qawwi mill-pandemija tal-COVID-19, u kif jista' jkollhom rwol ewlieni fl-irkupru globali bl-akbar potenzjal billi jimplimentaw riformi effettivi u li jħarsu 'l quddiem. L-UE tista' tikkontribwixxi biex tagħmel differenza f'dawn il-pajjiżi billi tappoġġa aktar il-pjanijiet ta' rkupru tagħhom u taqsam magħhom il-viżjoni tagħha għal irkupru ekoloġiku u sostenibbli.

Fit-tieni dibattitu tagħhom il-ministri ddiskutew modi konkreti biex irawmu b'mod effettiv l-iżvilupp tal-bniedem, inkluż permezz ta' approċċ ta' Tim Ewropa.

Il-ministri għall-iżvilupp iffokaw b'mod partikolari fuq is-saħħa globali u l-azzjoni dwar it-tilqim, kif ukoll l-edukazzjoni u ż-żgħażagħ matul l-irkupru wara l-pandemija.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Sabiex ikun hemm irkupru effettiv irridu nżidu l-appoġġ tagħna għall-edukazzjoni u s-saħħa, speċjalment għan-nisa u ż-żgħażagħ. Dawn huma aġenti ewlenin għall-bidla. Huwa għalhekk li qbilna li nilħqu mira ambizzjuża, billi nallokaw mill-inqas 20% tal-infiq fuq l-assistenza uffiċjali għall-iżvilupp, fil-perjodu baġitarju attwali, għall-iżvilupp tal-bniedem u l-inklużjoni soċjali.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Fir-rigward tat-tilqim, ir-Rappreżentant Għoli fakkar lill-ministri li s'issa l-UE pproduċiet aktar minn 600 miljun doża, li minnhom aktar minn 300 miljun ġew esportati barra mill-UE. 10% ta' dawn id-dożi tqassmu permezz tal-iskema COVAX, li l-Unjoni Ewropea hija waħda mill-kontributuri ewlenin tagħha.

Il-ministri mbagħad iddiskutew kif tista' tiġi appoġġata aktar il-COVAX, bħala mod biex jiġi żgurat aċċess sikur, ġust u ekwu għat-tilqim għal kulħadd, u kif tista' tiżdied il-manifattura u jissaħħu s-sistemi tas-saħħa fil-pajjiżi sħab.

Affarijiet oħra

Il-Kunsill, imlaqqa' fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur , approva konklużjonijiet dwar:

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025