"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-affarijiet barranin, 17 ta' Awwissu 2021

Riżultati ewlenin

Il-ministri għall-affarijiet barranin tal-Unjoni Ewropea ltaqgħu għal laqgħa straordinarja biex jikkunsidraw l-aħħar żviluppi fl-Afganistan. Huma enfasizzaw ukoll il-ħtieġa li tiġi żgurata l-evakwazzjoni sikura taċ-ċittadini tal-UE u tal-persunal lokali. Il-ministri appellaw għall-protezzjoni tal-ħajja umana kollha u għar-restawr immedjat tas-sigurtà u l-ordni ċivili b'rispett għad-drittijiet fundamentali.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Bħalissa, il-prijorità immedjata tagħna hija li niżguraw is-sikurezza u s-sigurtà tan-nazzjonali kollha tal-Unjoni Ewropea u tal-membri tal-persunal lokali Afgan tagħna u l-familji tagħhom. It-tluq sikur u ordinat ta' ċittadini barranin u Afgani li jixtiequ jitilqu mill-pajjiż jeħtieġ li jiġi ffaċilitat.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-ministri enfasizzaw ukoll li l-kooperazzjoni ma' kwalunkwe gvern Afgan futur ser tkun soġġetta għal soluzzjoni paċifika u inklużiva u r-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-Afgani kollha, inkluż in-nisa, iż-żgħażagħ u l-persuni li jappartjenu għal minoranzi, kif ukoll ir-rispett għall-obbligi internazzjonali tal-Afganistan, l-impenn għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-prevenzjoni tal-użu tat-territorju tal-Afganistan minn organizzazzjonijiet terroristiċi.

Diskussjoni usa' fost il-ministri għall-affarijiet barranin dwar ir-relazzjonijiet mal-Afganistan ser issir fl-okkażjoni tal-laqgħa ministerjali informali tal-ministri għall-affarijiet barranin (Gymnich) fit-2 u t-3 ta' Settembru.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025