"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-affarijiet barranin, 10 ta' Ottubru 2023, 10 ta' Ottubru 2023

Riżultati ewlenin

Il-ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE kelllhom vidjokonferenza informali li fiha ddiskutew is-sitwazzjoni f'Iżrael u fir-reġjun wara l-aħħar attakki mill-Ħamas.

F’konformità mad-dikjarazzjoni tal-kopresidenti ppubblikata aktar kmieni wara s-27 Kunsill Konġunt GCC-UE, il-ministri tal-UE fil-laqgħa interna tagħhom ikkundannaw l-attakki reċenti, appellaw għall-protezzjoni taċ-ċittadini u t-trażżin, il-ħelsien tal-ostaġġi, l-għoti ta' aċċess għall-ikel, l-ilma u l-mediċini għal Gaża skont il-liġi umanitarja internazzjonali, u l-ftuħ ta' kurituri umanitarji.

Il-ministri enfasizzaw ukoll l-importanza tat-tħejjija tal-konsegwenzi tal-attakki, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-atturi reġjonali u internazzjonali bil-ħsieb li tingħata ħajja ġdida lill-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Il-komunità internazzjonali trid tuża dan il-mument kritiku - dan jista' jkun mument ta' qawmien - sabiex terġa' tinvolvi ruħha mal-problema tal-Palestina u Iżrael.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-ministri tennew id-dritt ta' Iżrael li jiddefendi ruħu, b'rispett sħiħ għal-liġi umanitarja internazzjonali.

Il-ministri mbagħad iddiskutew kif tista' titkompla l-kooperazzjoni mal-Awtorità Palestinjana u jingħata appoġġ lill-poplu Palestinjan.

Għamilna distinzjoni ċara bejn il-Ħamas, il-poplu Palestinjan u l-Awtorità Palestinjana. Inqisu lill-Ħamas bħala organizzazzjoni terroristika [...] iżda l-awtorità Palestinjana hija ħaġa oħra, l-awtorità Palestinjana hija s-sieħeb tagħna. Ma nittrattawx mal-Ħamas iżda, iva, nappoġġaw, nittrattaw u naħdmu flimkien mal-awtorità Palestinjana. U mhux il-poplu Palestinjan kollu huwa terrorist. Għalhekk kastig kollettiv kontra l-Palestinjani kollha jkun inġust u mhux produttiv. Imur kontra l-interessi tagħna u l-interess tal-paċi. Josep Borrell, Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Maġġoranza kbira ta' ministri ddikjaraw li l-kooperazzjoni mal-Awtorità Palestinjana għandha tkompli u l-fondi tal-UE m'għandhomx jitwaqqfu.

Il-ministri qablu li l-UE ser tkompli bl-impenn tagħha mal-partijiet kollha u żżomm l-appoġġ finanzjarju u politiku tagħha għar-reġjun. Ser tiżgura wkoll li l-impenn dejjiemi tagħha lejn soluzzjoni politika bbażata fuq żewġ stati jegħleb dawn il-ġrajjiet traġiċi.

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025