- Kunsill Affarijiet Ġenerali
Kunsill Affarijiet Ġenerali, 18-19/11/2014, 18 u 19 ta' Novembru 2014
Il-Kunsill iddiskuta l-pjan ta' investiment ta' €300 biljun għat-tkabbir u l-impjiegi
Il-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali fit-18 u d-19 ta' Novembru ttrattat it-tħejjijiet tal-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ewropew. Il-ministri tal-UE ddiskutew ukoll il-pjan ta' investiment ta' €300 biljun u adottaw konklużjonijiet dwar il-politika ta' koeżjoni tal-UE.
Tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru
Fit-18 u d-19 ta' Diċembru, il-Kunsill Ewropew ser jagħti ħarsa lejn aktar sforzi biex jitrawmu t-tkabbir, l-impjiegi u l-kompetittività Ewropea u lejn id-dettalji tal-pjan ta' investiment ta' €300 biljun tal-UE għas-sentejn li ġejjin.
Il-pjan il-ġdid jislet minn riżorsi addizzjonali pubbliċi u privati fi sforz biex tingħata spinta lit-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa.
X'aktarx li ser jiġu diskussi wkoll kwistjonijiet ta’ tħassib internazzjonali bħall-kriżi tal-Ebola u s-sitwazzjoni fl-Ukraina u fil-Lvant Nofsani.
Implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew
Abbażi ta' rapport imħejji mill-Presidenza Taljana, il-ministri tal-UE taw ħarsa wkoll lejn kif tista' tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet maqbula fil-Kunsill Ewropew ta' Ġunju.
Il-ministri tal-UE kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-prijorità tal-aġenda strateġika li tiffoka fuq il-politika tal-UE dwar l-enerġija u l-klima. Ingħatat attenzjoni partikolari lill-kwistjonijiet marbuta mal-iżvilupp ta' unjoni tal-enerġija.
Tisħiħ tal-programm interistituzzjonali annwali u pluriennali
Il-Kunsill iddiskuta l-prijoritajiet li għandhom jiġu inklużi fil-Programm ta' Ħidma Annwali għall-2015. Il-ministri tal-UE laqgħu l-qbil tal-Kummissjoni u tal-Parlament Ewropew biex jikkoordinaw il-prijoritajiet leġislattivi tagħhom għall-Ewropa.
Jiġi żgurat rispett għall-mekkaniżmu tal-istat tad-dritt
Il-ministri tal-UE ħeġġew lill-Kunsill biex ikollu rwol ċentrali fid-diskussjonijiet dwar ir-rispett għall-istat tad-dritt fl-UE.
Laqgħa dwar il-koeżjoni
Nhar l-Erbgħa 19 ta' Novembru, il-ministri tal-UE adottaw konklużjonijiet dwar is-sitt rapport dwar il-koeżjoni. Il-ministri ser ikollhom skambju ta’ fehmiet abbażi ta’ nota mill-Presidenza dwar il-kontribut tal-politika ta’ koeżjoni fit-tħejjija tar-reviżjoni ta’ nofs it-term tal-istrateġija UE 2020.
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Dimosthenis Mammonas Press officer
- +32 477 61 20 77
- +32 2 281 2504
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #GAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025