"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 29 ta' Settembru 2014

Strateġija tal-UE għar-reġjun Adrijatiku u Joniku

Il-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tad-29 ta' Settembru adottat l-konklużjonijiet dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun Adrijatiku u Joniku. Il-ministri ttrattaw ukoll it-tħejjijiet għas-summit tal-Kunsill Ewropew li jmiss. 

Il-ministri adottaw strateġija makroreġjonali li ġġib flimkien 8 pajjiżi tar-reġjun Adrijatiku u Joniku biex jagħtu spinta lill-kooperazzjoni għal aktar tkabbir u impjiegi.

Il-pajjiżi parteċipanti - il-Kroazja, il-Greċja, l-Italja, is-Slovenja, l-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Montenegro u s-Serbja - ser isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fir-rigward tal-ekonomija marittima, il-konservazzjoni tal-ambjent tal-baħar, l-infrastruttura tat-trasport u l-enerġija u t-turiżmu sostenibbli.
Id-deċiżjoni issa hija soġġetta għall-approvazzjoni mill-Kunsill Ewropew.

Tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru

Il-ministri ddiskutew ukoll l-aġenda tal-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ewropew, li ser issir fit-23 u l-24 ta' Ottubru.

Il-mexxejja tal-UE huma mistennija jiddiskutu

  • il-klima u l-enerġija bl-objettiv li jieħdu deċiżjoni finali dwar il-qafas il-ġdid tal-politika dwar il-klima u l-enerġija
  • kwistjonijiet ekonomiċi
  • kwistjonijiet speċifiċi ta' relazzjonijiet esterni

Implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew

Abbażi ta' rapport imħejji mill-Presidenza Taljana, il-ministri tal-UE taw ħarsa wkoll lejn kif jaċċelleraw l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet maqbula fil-Kunsill Ewropew ta' Ġunju.

Fid-dawl tal-konferenza dwar l-impjiegi f'Milan fit-8 ta' Ottubru, prinċipalment huma ddiskutew miżuri mmirati biex irawmu t-tkabbir, l-impjiegi u l-kompetittività fl-Ewropa.

''Wara sensiela ta' dibattiti ta' kull xahar, fit-tmiem tal-Presidenza tagħna, ser nippreżentaw rapport komprensiv dwar l-ewwel fażi tal-implimentazzjoni tal-aġenda strateġika,'' qal Sandro Gozi, is-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Italja u l-President tal-Kunsill.

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Titjib tal-funzjonament tal-UE

Il-presidenza infurmat lill-Kunsill dwar ir-raba' laqgħa tal-Grupp tal-Ħbieb tal-Presidenza dwar it-titjib tal-funzjonament tal-UE li saret fil-25 ta' Settembru 2014.

Mingħajr diskussjoni, il-Kunsill adotta l-atti leġislattivi u d-deċiżjonijiet li ġejjin:

  • id-dewmien tal-applikazzjoni proviżorja tal-ftehim ta' kummerċ ħieles mal-Ukraina sal-1 ta' Jannar 2016  
  • il-bidu fl-1 ta' Novembru tal-applikazzjoni proviżorja tal-bqija tal-ftehim mal-Ukraina dwar il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, u l-kooperazzjoni ekonomika u finanzjarja akbar
  • direttiva għall-iżvelar ta' informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti kumpaniji kbar
  • it-tkabbir tal-mandat tal-missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-istat tad-dritt fil-Kosovo (EULEX Kosovo) biex jiġu appoġġati l-proċedimenti ġudizzjarji rilokati
  • żewġ regolamenti ġodda dwar l-istatus u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet affiljati tagħhom
  • direttiva dwar il-bini ta' infrastruttura għal karburanti alternattivi madwar l-UE
  • regolament dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid tal-ispeċijiet aljeni invażivi

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025