- Kunsill Affarijiet Ġenerali
Kunsill Affarijiet Ġenerali, 23/07/2014, 23 ta' Lulju 2014
Il-Litwanja għandha tadotta l-euro fl-1 ta' Jannar 2015
Il-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tat-23 ta' Lulju ċċelebrat id-dħul tal-Litwanja fiż-żona tal-euro. Il-ministri ddiskutew ukoll il-programm ta' ħidma tal-presidenza Taljana u r-reviżjoni ta' nofs it-term tal-istrateġija Ewropa 2020.
Fl-1 ta' Jannar 2015, il-Litwanja ser issir id-19-il stat membru li jadotta l-euro.
"L-isforzi konsistenti tal-Litwanja ħallew il-frott: illum iż-żona tal-euro fetħet il-bibien għalina," qal Algirdas Butkevičius, il-Prim Ministru tal-Litwanja, fil-laqgħa tal-ministri tal-UE.
Id-dħul tal-Litwanja fil-familja tal-euro huwa ta' importanza kbira għaż-żona tal-euro kollha.
"Hija xhieda tal-attrattività kontinwa tal-proġett ta' munita unika u r-rilevanza tagħha għall-futur tal-komunità tagħna," qal Sandro Gozi, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Italja u President tal-Kunsill tal-UE.
Ir-rata tal-kambju ġiet stabbilita għal 3.45280 litas Litwani (LTL) għal kull euro.
Programm tal-Presidenza
F'sessjoni pubblika, il-Presidenza Taljana ppreżentat il-programm ta' ħidma tagħha għal matul il-mandat tagħha - minn Lulju sa Diċembru 2014. Hija għandha l-ħsieb li tikkontribwixxi għad-dibattitu attwali dwar il-futur tal-prijoritajiet tal-UE u tiżgura li l-possibiltajiet offruti mit-Trattati eżistenti jkunu sfruttati bis-sħiħ biex jinkisbu dawk il-prijoritajiet.
Reviżjoni ta' nofs it-term tal-istrateġija Ewropa 2020
Il-Kunsill iddiskuta pjan direzzjonali għar-reviżjoni ta' nofs it-term tal-istrateġija ta' tkabbir Ewropa 2020. Il-pjan direzzjonali jistabbilixxi kif ser titmexxa 'l quddiem il-ħidma taħt il-Presidenza Taljana biex tipprepara għar-reviżjoni tal-istrateġija fl-2015.
Implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew
Il-Ministri ddiskutew kif ser imexxu wara l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-aġenda strateġika maqbula fil-Kunsill Ewropew ta' Ġunju.
Mingħajr diskussjoni, il-Kunsill adotta l-atti leġislattiv u d-deċiżjonijiet li ġejjin:
- regolament għall-ġestjoni tar-responsabbiltà finanzjarja marbuta mal-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn investitur u stat
- direttiva mmirata biex tiggarantixxi l-aċċess għal servizzi ta' ħlas bażiċi u ttejjeb l-informazzjoni dwar tariffi relatati mal-kont tal-pagamenti
- direttiva dwar impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS), li tintroduċi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kompiti ta' kustodja u superviżjoni tad-depożitarju
- regolament li għandu l-għan li jtejjeb is-sikurezza fis-sistema ta’ saldu tat-titoli u l-ftuħ tas-suq għal servizzi ta' depożitorji ċentrali tat-titoli (CSD)
- il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar abbozz ta' direttiva li tagħti lill-istati membri aktar flessibbiltà biex jiddeċiedu jekk jixtiqux jikkultivaw jew le organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM)
- regolament dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' identifikazzjoni elettronika
- regolament dwar il-finanzjament ta' azzjonijiet mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima biex tiġġieled it-tniġġis fil-baħar
- direttiva li fiha regoli aġġornati dwar it-tagħmir marittimu abbord bastimenti tal-UE
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
Riżultati tal-votazzjonijiet tal-laqgħaTagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Dimosthenis Mammonas Press officer
- +32 477 61 20 77
- +32 2 281 2504
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #GAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025