"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 21/10/2014, 21 ta' Ottubru 2014

Il-Kunsill Ewropew għandu jiffoka fuq il-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030

Il-Kunsill Affarijiet Ġenerali mlaqqa' fil-21 ta' Ottubru fil-Lussemburgu tratta t-tħejjijiet għall-Kunsill Ewropew li ġej li ser jiffoka fuq il-klima u l-enerġija, l-istat tal-ekonomija Ewropea, u kwistjonijiet ta' politika barranija.

Tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru

Il-ministri ddiskutew it-tħejjijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li jmiss, li ser issir fit-23 u l-24 ta' Ottubru. Din ser tkun l-aħħar laqgħa tal-Kunsill Ewropew li tkun ippreseduta minn Herman Van Rompuy qabel mal-president elett il-ġdid, Donald Tusk, jibda l-mandat tiegħu.
 
L-objettiv prinċipali tal-Kunsill Ewropew huwa li jilħaq qbil dwar qafas ta' politika ġdid għall-klima u l-enerġija għall-2030. Il-politika ser tindirizza l-miri tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra, l-istat tal-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u s-sigurtà tal-enerġija.
 
Il-mexxeja ser jiddiskutu wkoll l-istat tal-ekonomija Ewropea, abbażi ta' preżentazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea.
 
X'aktarx jiġu diskussi wkoll kwistjonijiet ta' tħassib internazzjonali bħall-kriżi tal-Ebola, is-sitwazzjoni fl-Ukraina u fil-Lvant Nofsani

Implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew

Abbażi ta' rapport imħejji mill-Presidenza Taljana, il-ministri tal-UE kkunsidraw ukoll kif tista' titħaffef l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet li kien hemm qbil dwarhom fil-Kunsill Ewropew ta' Ġunju.
 
Il-ministri tal-UE skambjaw fehmiet dwar il-prijorità tal-aġenda strateġika filwaqt li ffokaw fuq il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja. Ingħatat attenzjoni partikolari lill-kwistjonijiet tal-ġellieda barranin u tar-reġistri tal-ismijiet tal-passiġġieri tal-UE.

Tisħiħ tal-programmazzjoni interistituzzjonali annwali u pluriennali

Il-Presidenza ser taħdem mal-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew dwar il-Programm ta' Ħidma Annwali għall-2015 biex tiġi stabbilita programmazzjoni interistituzzjonali annwali u pluriennali ġdida u aktar effiċjenti.
 
"Din hija prijorità oħra tal-Presidenza Taljana, li ser ikollha effett konkret ħafna. Hija ser tippermetti li l-UE taġixxi u tirreaġixxi b'mod eħfef u aktar rapidu", qal is-Segretarju tal-Istat Sandro Gozi fil-konferenza stampa ta' wara l-laqgħa.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025