"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 13/10/2015, 13 ta' Ottubru 2015

Riżultati ewlenin

L-indirizzar tal-kwistjoni tal-immigrazzjoni hija sfida, u ma teżisti l-ebda soluzzjoni faċli. Aħna lkoll naqblu li huwa biss permezz ta’ pakkett komprensiv u bilanċjat ta’ miżuri li l-Ewropa ser tkun tista’ toffri rispons li mhux biss ikun effettiv iżda li wkoll iħares il-valuri ċentrali tagħna...” Jean Asselborn, Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Lussemburgu u President tal-Kunsill

Kunsill Ewropew ta' Ottubru

Il-Kunsill iffinalizza t-tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li ser issir fil-15 u s-16 ta’ Ottubru 2015 u ddiskuta l-abbozz ta’ konklużjonijiet għal qbil bejn il-mexxejja tal-UE. Il-Kunsill Ewropew ser jiffoka fuq il-migrazzjoni u jiddiskuti għadd ta’ aspetti differenti tal-kwistjoni. Huwa ser jeżamina l-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-orjentazzjonijiet li ntlaħaq qbil dwarhom fil-laqgħa tal-kapijiet ta’ stat jew ta’ gvern ta' Settembru u jipprovdi gwida dwar l-azzjoni biex il-ħidma dwar l-aġenda Ewropea dwar il-migrazzjoni titmexxa 'l quddiem. Huwa ser jevalwa wkoll il-konferenza dwar ir-rotta mill-Mediterran tal-Lvant għall-Balkani tal-Punent u jħejji għas-Summit tal-Belt Valletta.

“L-indirizzar tal-kwistjoni tal-immigrazzjoni hija sfida, u ma teżisti l-ebda soluzzjoni faċli. Aħna lkoll naqblu li huwa biss permezz ta’ pakkett komprensiv u bilanċjat ta’ miżuri li l-Ewropa ser tkun tista’ toffri rispons li mhux biss ikun effettiv iżda li wkoll iħares il-valuri ċentrali tagħna. Id-diskussjonijiet tal-lum għenu biex titħejja l-bażi tad-deċiżjonijiet korretti li għandhom jittieħdu fil-Kunsill Ewropew aktar tard din il-ġimgħa", qal il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Lussemburgu u l-President tal-Kunsill, Jean Asselborn.

Il-prijoritajiet tal-Kummissjoni għall-Programm ta’ Ħidma tagħha tal-2016

Il-Kunsill ħa nota tal-fehmiet li ssemmew fil-korpi preparatorji tiegħu dwar il-prijoritajiet tal-Kummissjoni għall-Programm ta’ Ħidma tagħha għall-2016. Il-Kummissjoni hija mistennija tadotta l-Programm ta’ Ħidma fis-27 ta’ Ottubru.

Regolamentazzjoni aħjar

Il-presidenza infurmat lill-ministri dwar l-istat attwali tan-negozjati dwar ftehim bejn il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar regolamentazzjoni aħjar. Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li jintlaħaq impenn kondiviż bejn it-tliet istituzzjonijiet dwar it-titjib tal-mod kif l-UE tilleġisla.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025