Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 14/09/2015, 14 ta' Settembru 2015

Riżultati ewlenin

Kunsill Ewropew ta' Ottubru

Il-Kunsill beda t-tħejjijiet għall-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru abbażi tad-diskussjonijiet dwar abbozz ta’ aġenda annotata. Il-laqgħa ta’ Ottubru (15-16 ta’ Ottubru) ser tikkonċentra primarjament fuq il-kwistjoni tal-migrazzjoni.

L-Ewropa għandha dmir morali u legali li tgħin lir-refuġjati li ħarbu minn gwerer, terroriżmu u dittatorjat. Il-Presidenza Lussemburgiża ser tagħmel dak kollu li tista’ biex tiżgura li l-UE tirrispetta l-valuri tagħha Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Lussemburgu, Jean Asselborn

Fil-laqgħa l-mexxejja huma mistennija jieħdu kont ta’ dak li sar bħala rispons mill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju, u jħejju għas-summit tal-belt Valletta (11-12 ta’ Novembru), fejn il-mexxejja tal-UE u tal-Afrika ser iħarsu flimkien lejn kif jistgħu jsaħħu l-kooperazzjoni sabiex jiġu affrontati l-isfidi tal-migrazzjoni, kif ukoll sabiex jiġu indirizzati l-kawżi sottostanti tal-migrazzjoni illegali. Il-mexxejja huma mistennija jiddiskutu wkoll is-segwitu tal-konferenza ta’ livell għoli tar-rotta tal-Balkani tal-Punent li ser issir fil-bidu ta’ Ottubru.

Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2016

Il-ministri ħadu nota ta’ ittra mill-Kummissjoni li tiddeskrivi l-intenzjonijiet tagħha rigward il-programm ta’ ħidma tagħha għall-2016. Din hija parti mill-proċess ta’ tħejjija li jwassal għall-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-programm ta’ ħidma tagħha għas-sena li ġejja.

EUNAVFOR Med

Il-Kunsill adotta valutazzjoni pożittiva dwar li l-kondizzjonijiet biex wieħed jipproċedi għall-ewwel pass tat-tieni fażi tal-EUNAVFOR MED fl-ibħra miftuħa ġew sodisfatti, wara li l-operazzjoni navali militari ssodisfat l-objettivi relatati mal-ewwel fażi li kienet tiffoka fuq il-ġbir u l-analiżi ta’ informazzjoni u intelligence.

Ukrajna

Il-Kunsill tawwal b'sitt xhur is-sanzjonijiet tal-UE dwar azzjonijiet kontra l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. L-iffriżar tal-assi u l-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar kontra 149 persuna u 37 entità ġew estiżi sal-15 ta’ Marzu 2016.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025