Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 18/01/2016, 18 ta' Jannar 2016

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill beda tħejjijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Frar billi eżamina abbozz ta’ aġenda annotata. Fil-laqgħa tagħhom fit-18 u d-19 ta’ Frar 2016, il-mexxejja tal-UE ser jimmiraw li jilħqu qbil dwar pakkett ta’ kompromess biex jindirizzaw l-erba’ punti mqajma mir-Renju Unit fid-dawl ta’ referendum dwar jekk ir-Renju Unit joħroġx mill-UE jew le. Il-mexxejja ser jevalwaw ukoll jekk il-miżuri meħuda f’dawn l-aħħar xhur biex tiġi indirizzata l-kriżi ta’ migrazzjoni ġewx implimentati tajjeb. 

Anke l-iktar deċiżjonijiet ambizzjużi jistgħu jipproduċu riżultati biss jekk jiġu implimentati tajjeb. Jeħtieġ li nħarsu mill-qrib lejn jekk il-miżuri dwar il-migrazzjoni li qbilna dwarhom humiex fil-fatt qed jitpoġġew fil-prattika, u nieħdu azzjoni jekk dan mhuwiex il-każ”.  Bert Koenders, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tan-Netherlands u l-President tal-Kunsill

“L-UE ħadet deċiżjonijiet importanti matul l-aħħar ftit ġimgħat u xhur biex tindirizza l-fluss ta’ rifuġjati. Iżda anke l-iktar deċiżjonijiet ambizzjużi jistgħu jipproduċu riżultati biss jekk jiġu implimentati tajjeb. Jeħtieġ li nħarsu mill-qrib lejn jekk il-miżuri li qbilna dwarhom humiex fil-fatt qed jitpoġġew fil-prattika, u nieħdu azzjoni jekk dan mhuwiex il-każ", qal Bert Koenders, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tan-Netherlands u l-President tal-Kunsill.

Il-ministri qasmu wkoll il-fehmiet tagħhom dwar il-programm ta’ ħidma propost mill-Presidenza Netherlandiża sa tmiem Ġunju 2016. “Aħna grati ħafna għall-appoġġ li rċevejna llum. Dan huwa inkoraġġanti ħafna. Barra minn hekk, isaħħaħ l-impenn tagħna biex ngħinu lill-UE ssib soluzzjonijiet komuni għall-isfidi li qed inħabbtu wiċċna magħhom f’dawn iż-żminijiet diffiċli", qal Bert Koenders.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025