"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 15/03/2016, 15 ta' Marzu 2016

Riżultati ewlenin

Appoġġ ta’ emerġenza għall-Greċja

Il-Kunsill adotta regolament li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ appoġġ ta’ emerġenza tal-UE biex jgħin lill-Greċja u lil stati membri oħra li jinsabu f’diffikultà minħabba l-wasla ta’ għadd kbir ta’ refuġjati. Dan iqiegħed fil-prattika l-impenn tal-Kunsill Ewropew. Huwa jippermetti li l-UE tipprovdi rispons f'waqtu u effettiv għas-sitwazzjoni diffiċli ħafna li qed tiżviluppa b'mod rapidu fuq il-post. Hekk kif ġew fi tmiemhom il-flussi irregolari ta’ migranti tul ir-rotta tal-Balkani tal-Punent, bħalissa hemm aktar minn 35 000 refuġjat fil-Greċja. 

Din id-deċiżjoni tal-Kunsill turi li l-UE tappoġġa lill-Greċja f’dan iż-żmien diffiċli. Il-presidenza Netherlandiża ser tagħmel dak kollu li tista’ biex tiżgura li l-fondi meħtieġa tal-UE jiġu mobilizzati malajr kemm jista’ jkun. Bert Koenders, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tan-Netherlands 

L-għajnuna mogħtija skont l-istrument il-ġdid hija bbażata fuq il-ħtiġijiet u hija mmirata lejn il-protezzjoni tal-ħajja, il-prevenzjoni tas-sofferenza umana, u l-preservazzjoni tad-dinjità umana. Din tinkludi ikel, kenn, ilma, mediċini u bżonnijiet bażiċi oħra. Hija tiġi pprovduta mill-Kummissjoni jew minn organizzazzjonijiet sħab magħżula mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet Griegi.

Tħejjija għall-Kunsill Ewropew ta' Marzu

Il-Kunsill ħejja għall-Kunsill Ewropew li jmiss billi eżamina l-abbozz ta' konklużjonijiet. Il-mexxejja tal-UE ser jiltaqgħu fi Brussell fis-17 u t-18 ta' Marzu 2016 biex jiddiskutu passi ulterjuri biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-migrazzjoni, u l-prijoritajiet għas-semestru Ewropew 2016. 

Ftehim dwar tfassil aħjar tal-liġijiet

Il-Kunsill adotta l-ftehim interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet. Il-ftehim għandu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Kunsill, il-Parlament u l-Kummissjoni biex itejbu l-mod kif l-UE tilleġisla u jiżguraw li l-liġijiet tal-UE jaqdu aħjar liċ-ċittadini u n-negozji.

“Dan il-ftehim mhuwiex biss dwar kif jaħdmu l-istituzzjonijiet tal-UE, huwa verament ser jipprovdi benefiċċji reali ħafna għaċ-ċittadini u l-kumpaniji. Il-liġijiet ser ikunu aktar sempliċi biex jinftiehmu u biex jiġu implimentati. Dan ser jiffaċilita l-ħajja taċ-ċittadini, in-negozji u ser jagħmel l-amministrazzjoni aktar faċli," qal Bert Koenders.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025