Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 15/12/2015, 15 ta' Diċembru 2015

Riżultati prinċipali

Il-ftehim dwar tfassil aħjar tal-liġijiet jirrifletti l-impenn komuni tal-istituzzjonijiet tal-UE li tkun iffaċilitata l-ħajja taċ-ċittadini u tal-kumpaniji. Nicolas Schmit, il-ministru tal-Lussemburgu inkarigat min-negozjati għal tfassil aħjar tal-liġijiet

Tfassil aħjar tal-liġijiet

Il-Kunsill approva ftehim proviżorju dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet milħuq mal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni. Il-ftehim ser itejjeb il-mod li bih l-Unjoni Ewropea tilleġisla sabiex il-liġijiet tal-UE jaqdu aħjar liċ-ċittadini u n-negozji.

Ser jiżgura wkoll li l-leġislazzjoni tal-UE tiffoka fuq oqsma fejn ikun hemm l-akbar valur miżjud għaċ-ċittadini Ewropej, u li l-liġijiet ikunu sempliċi u ċari. L-għan tiegħu hu li jevita regolamentazzjoni żejda u jnaqqas il-piż amministrattiv għaċ-ċittadini u n-negozji, speċjalment l-SMEs. Il-ftehim jipprevedi kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet, b’mod partikolari fil-qasam tal-programmazzjoni leġislattiva. Hu jagħti wkoll aktar piż lill-valutazzjonijiet tal-impatt ta’ inizjattivi ġodda, kif ukoll aktar trasparenza u konsultazzjoni pubblika fil-proċess leġislattiv.

"Il-ftehim dwar tfassil aħjar tal-liġijiet jirrifletti l-impenn komuni tal-istituzzjonijiet tal-UE li tkun iffaċilitata l-ħajja taċ-ċittadini u tal-kumpaniji. Hemm bżonn li l-liġijiet ikunu sempliċi biex jinftiehmu u biex jiġu implimentati, u dan huwa preċiżament dak li l-ftehim ifittex li jiżgura", qal il-ministru Nicolas Schmit, inkarigat min-negozjati f’isem il-Presidenza tal-Lussemburgu tal-Kunsill mal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni.

Tkabbir tal-UE

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-politika ta' tkabbir tal-UE u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent. Il-konklużjonijiet jirriaffermaw l-impenn tal-Kunsill favur il-proċess tat-tkabbir u favur il-perspettiva Ewropea tal-Balkani tal-Punent.

Kunsill Ewropew

Il-Kunsill ikkonkluda t-tħejjijiet għall-Kunsill Ewropew ta' Diċembru billi eżamina l-abbozz ta’ konklużjonijiet. Fil-laqgħa tagħhom tas-17 u t-18 ta' Diċembru, il-mexxejja Ewropej ser jindirizzaw sitt materji: il-migrazzjoni, b'fokus fuq l-implimentazzjoni tal-impenji eżistenti, b'mod partikolari l-hotspots, ir-rilokazzjoni, ir-ritorn u l-kontrolli fil-fruntieri esterni, il-ġlieda kontra t-terroriżmu wara l-avvenimenti traġiċi f'Pariġi, l-unjoni ekonomika u monetarja wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-ħames Presidenti, is-suq intern, l-unjoni tal-enerġija u r-riżultati tal-COP21, kif ukoll il-pjani tar-Renju Unit għar-referendum ġewwa jew barra. 

Programm ta’ 18-il xahar

Il-Ministri approvaw il-programm ta' 18-il xahar tal-attivitajiet tal-Kunsill għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sat-30 ta’ Ġunju 2017. Dan il-programm tfassal mill-presidenzi futuri tal-Kunsill, jiġifieri n-Netherlands, is-Slovakkja u Malta, kif ukoll mir-Rappreżentant Għoli bħala President tal-Kunsill Affarijiet Barranin. 

Streaming dirett ta’ sessjonijiet pubbliċi u okkażjonijiet għall-istampa

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025