Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 16/02/2016, 16 ta' Frar 2016

Riżultati ewlenin

Tagħrif dwar il-laqgħa

Il-Kunsill iffinalizza t-tħejjijiet għal-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ewropew li ser issir fi Brussell fit-18 u d-19 ta’ Frar. Il-ministri ħadu nota tat-taħditiet li għaddejjin dwar l-indirizzar tat-tħassib tar-Renju Unit bil-għan li jintlaħaq qbil fil-Kunsill Ewropew qabel ir-referendum (ġewwa/barra) fir-Renju Unit. Huma esprimew il-ħtieġa li jintlaħaq ftehim li jkun ta’ benefiċċju għall-Ewropa inġenerali. Il-ministri wittew ukoll it-triq għall-kapijiet ta’ stat u ta’ gvern biex jivvalutaw l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet preċedenti tagħhom fil-qasam tal-migrazzjoni u biex jindirizzaw l-isfidi immedjati tal-migrazzjoni.

Il-Kunsill beda wkoll it-tħejjijiet għall-Kunsill Ewropew ta’ Marzu abbażi ta' abbozz ta’ aġenda annotata. Fil-laqgħa tagħhom tas-17 u t-18 ta’ Marzu 2016, il-mexxejja Ewropej ser jerġgħu jikkunsidraw il-migrazzjoni u jiddiskutu passi ulterjuri. Huma ser jitkellmu wkoll dwar kif jiġi promoss it-tkabbir, jinħolqu l-impjiegi u titjieb il-kompetittività.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025