"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 24/05/2016, 24 ta' Mejju 2016

Riżultati ewlenin

Stat tad-dritt

Il-Kunsill organizza t-tieni djalogu annwali tiegħu dwar l-istat tad-dritt b’konċentrazzjoni fuq l-isfidi li jinħolqu mill-flussi migratorji attwali għall-ħarsien tal-valuri fundamentali tal-UE. Bis-sehem tad-Direttur tal-aġenzija tal-UE għad-drittijiet fundamentali, Michael O'Flaherty, il-ministri kellhom skambju ta’ fehmiet dwar dak li jistgħu jagħmlu l-istati membri biex jiżguraw li jiġu rrispettati d-drittijiet fundamentali meta jiġu integrati r-refuġjati. Huma saħqu fuq l-importanza li l-valuri fundamentali tal-UE jiġu rrispettati meta jintlaqgħu r-refuġjati u fakkru li dawn il-valuri jeħtieġ li jiġu rrispettati wkoll mir-refuġjati.

Ebda stat membru ma għandu monopolju fuq it-tajjeb jew il-ħażin, u l-istat tad-dritt jitlob sforz u awtoriflessjoni kontinwi.” Bert Koenders, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tan-Netherlands u l-President tal-Kunsill

Il-ministri qasmu wkoll l-isfidi u l-aħjar prattiki fl-għajnuna lir-refuġjati biex jintegraw malajr. “L-istat tad-dritt huwa wieħed mill-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea u pedament ewlieni tal-kooperazzjoni Ewropea. Mhuwiex biss valur intrinsiku, iżda huwa essenzjali wkoll biex is-suq intern jaħdem bla xkiel billi jsaħħaħ il-fiduċja reċiproka qalb l-istati membri u fi ħdanhom. Il-flussi sinifikanti ta’ refuġjati huma bla dubju test għal dawn il-valuri. Iżda huwa biss billi nirrispettaw dawn il-valuri aħna stess u niżguraw li jiġu rrispettati minn dawk li jiġu għandna li ser ikollna l-ħila negħlbu l-isfida tal-migrazzjoni u nintegraw lir-refuġjati b’suċċess fis-soċjetajiet tagħna. “Ebda stat membru ma għandu monopolju fuq it-tajjeb jew il-ħażin, u l-istat tad-dritt jitlob sforz u awtoriflessjoni kontinwi”, qal Bert Koenders, il-Ministru tan-Netherlands għall-Affarijiet Barranin u l-President tal-Kunsill.

Kunsill Ewropew ta’ Ġunju

Il-Kunsill beda t-tħejjijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Ġunju billi ddiskuta abbozz ta’ aġenda annotata. Waqt il-laqgħa tagħhom fit-28 u d-29 ta’ Ġunju 2016 il-mexxejja tal-UE ser jerġgħu lura għas-sitwazzjoni dwar il-migrazzjoni, iwettqu l-ewwel valutazzjoni tal-fond Ewropew għall-investimenti strateġiċi, juru l-appoġġ tagħhom għal aġenda għas-suq uniku, jiżnu l-azzjoni li qed issir fil-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa, jiddiskutu l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO u jieħdu nota tar-riżultat tar-referendum fir-Renju Unit.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025