"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 16/10/2018, 16 ta' Ottubru 2018

Riżultati ewlenin

Kunsill Ewropew ta' Ottubru

Il-Kunsill iffinalizza t-tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-18 ta' Ottubru billi ddiskuta l-abbozz ta' konklużjonijiet.

F'din il-laqgħa l-mexxejja tal-UE mistennija jerġgħu jiddiskutu l-kwistjoni tal-migrazzjoni. Il-Kanċillier Sebastian Kurz, li jirrappreżenta lill-presidenza Awstrijaka, ser jirrapporta dwar il-progress fir-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil.

Il-Kunsill Ewropew ser jadotta konklużjonijiet dwar is-sigurtà interna, wara d-dibattitu tematiku tal-Mexxejja f'Salzburg fl-20 ta' Settembru.

Il-mexxejja tal-UE ser jiddiskutu wkoll ir-relazzjonijiet esterni, inkluż is-sħubija mal-Afrika u s-summit li ġej mal-Lega tal-Istati Għarab.

Highlights of the General Affairs Council on 16 October 2018, in Luxembourg.

Stat tad-dritt fil-Polonja

Bħala parti mill-proċedura tal-Artikolu 7(1) TUE, il-Kummissjoni aġġornat lill-Kunsill dwar l-aħħar żviluppi marbutin mar-riforma tal-ġustizzja fil-Polonja.

Il-ministri tennew l-importanza li jitħares l-istat tad-dritt fl-istati membri kollha tal-UE u saħaq fuq il-ħtieġa li jsir progress tanġibbli.

Il-Kunsill ser jerġa' jiddiskuti din il-kwistjoni.

Rispett tal-valuri tal-UE fl-Ungerija

Il-presidenza għarrfet lill-ministri dwar il-passi proċedurali li jmiss wara li ngħata bidu għall-proċedura tal-Artikolu 7(1) TUE għall-Ungerija.

Il-Kummissjoni ser taġġorna lill-Kunsill dwar il-fatti marbutin mal-proċeduri rilevanti ta' ksur.

L-Ungerija wriet li lesta tipprovdi kontribut bil-miktub dwar il-kwistjonijiet li tqajmu fil-proposta motivata tal-Parlament Ewropew.

Il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss

Il-ministri semgħu valutazzjoni mill-presidenza dwar is-sitwazzjoni attwali fl-eżami tal-proposti tal-Kummissjoni b'rabta mal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2021 sal-2027.

Il-Kunsill ħa nota tar-rapport bil-miktub dwar is-sitwazzjoni attwali ppreżentat mill-presidenza.

Waqt l-ikla ta' nofsinhar il-ministri ddiskutew kwistjonijiet marbutin mar-riċerka u l-innovazzjoni (Orizzont Ewropa), kif ukoll l-Amministrazzjoni Pubblika Ewropea, fil-kuntest tal-baġit fit-tul li jmiss tal-UE.

The MFF is the EU’s long-term budget. It sets the amounts that match the EU’s priorities.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025