"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 18/09/2018, 18 ta' Settembru 2018

Riżultati ewlenin

Il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss

Il-Kunsill kellu dibattitu ta' orjentazzjoni dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għall-2021 sal-2027.

Il-ministri stabbilixxew il-prijoritajiet tagħhom għan-negozjati, inkluż l-opinjonijiet tagħhom dwar:

  • kif il-prijoritajiet tal-politika tal-UE u l-valur miżjud Ewropew huma riflessi fil-proposta tal-QFP
  • l-allokazzjoni ta' fondi proposta għad-diversi oqsma ta' politika
Il-qafas finanzjarju pluriennali tal-UE jirrappreżenta opportunità biex isiru għażliet strateġiċi għall-futur. L-għan huwa li l-baġit tal-UE jikkorrispondi għall-prijoritajiet politiċi tagħna u jġib miegħu valur miżjud bl-infiq tal-UE. Id-dibattitu tagħna llum, li ffoka fuq dawn il-kwistjonijiet essenzjali, għalhekk ser jgħin biex tiġi stabbilita l-bażi għad-diskussjonijiet futuri tagħna. Il-presidenza Awstrijaka qed tippjana ħidma intensiva fuq livell tekniku u politiku sabiex kemm jista' jkun tavvanza u tiffaċilita ftehim futur bejn l-istati membri. Gernot Blümel, Ministru Federali Awstrijak għall-UE, l-Arti, il-Kultura u l-Media

Programmazzjoni leġislattiva

Wara d-diskors tal-President Juncker dwar l-istat tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill iddiskuta l-prijoritajiet u l-intenzjonijiet tal-Kummissjoni għall-programm ta' ħidma tagħha għall-2019. Il-kontribut tal-ministri ser jgħin biex il-Kummissjoni tiffinalizza l-programm ta' ħidma tagħha.

Il-Kunsill evalwa wkoll is-sitwazzjoni fir-rigward tal-proposti leġislattivi pendenti fid-dawl ta' tmiem il-mandat leġislattiv tal-PE fl-2019.

Hekk kif qed noqorbu lejn l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Presidenza tinsab impenjata li tikseb progress u twassal għal konklużjoni l-akbar ammont ta' fajls possibbli. Minbarra l-iskambju annwali tagħna dwar il-prijoritajiet għas-sena d-dieħla, il-ministri għalhekk ħadu rendikont ta' dak li għandna fuq il-mejda bħalissa. Gernot Blümel, Ministru Federali Awstrijak għall-UE, l-Arti, il-Kultura u l-Media

Kunsill Ewropew ta' Ottubru

Il-ministri bdew it-tħejjijiet għall-Kunsill Ewropew ta' Ottubru billi eżaminaw abbozz ta' aġenda annotata.

Fil-laqgħa tagħhom fit-18 ta' Ottubru, il-mexxejja tal-UE huma mistennija:

  • jerġgħu jiddiskutu l-kwistjoni tal-migrazzjoni; ser ikun hemm rapport dwar il-progress, kif maqbul fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Ġunju
  • jadottaw il-konklużjonijiet dwar is-sigurtà interna, wara d-dibattitu tematiku tal-Mexxejja f'Salzburg
  • fid-dawl tal-avvenimenti, jindirizzaw kwistjonijiet speċifiċi ta' politika barranija

L-istat tad-dritt fil-Polonja

Il-Kunsill kellu wkoll seduta ta' smigħ skont l-Artikolu 7(1) TUE dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja.

Il-modalitajiet għas-seduta kienu l-istess bħal dawk għas-sessjoni fil-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tas-26 ta' Ġunju 2018.

Il-ministri komplew l-iskambju fil-fond tagħhom mal-Polonja dwar it-tħassib identifikat fil-proposta motivata tal-Kummissjoni.

Il-Kunsill ser jerġa' jiddiskuti din il-kwistjoni.

Il-programm tal-presidenza

Il-presidenza Awstrijaka ppreżentat il-prijoritajiet tagħha għat-tul tal-mandat tagħha li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2018.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025