- Kunsill Affarijiet Ġenerali
Kunsill Affarijiet Ġenerali (Art. 50), 18/09/2018, 18 ta' Settembru 2018
Riżultati ewlenin
Il-Kunsill, fil-format ta' UE27, ġie mgħarraf mill-kap negozjatur tal-UE għall-Brexit Michel Barnier dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati dwar il-Brexit wara l-aħħar sessjonijiet ta' negozjati mar-Renju Unit. Il-ministri kellhom opportunità li jiddiskutu s-sitwazzjoni u t-triq 'il quddiem.
Għad baqa' xi kwistjonijiet importanti li jeħtieġ jiġu solvuti. Madankollu, nisperaw li fil-ġimgħat li ġejjin ikun jista' jintlaħaq qbil li jiggarantixxi Brexit b'mod ordnat, li naturalment jinkludi salvagwardja operazzjonali għall-fruntiera bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq. Għad fadal żmien biex insibu raġunijiet komuni għal qbil dwar dikjarazzjoni politika dwar ir-relazzjonijiet futuri, bir-Renju Unit bħala sieħeb mill-qrib. Dwar dawn il-kwistjonijiet kollha, il-ministri llum reġgħu wrew li anki f'dawn l-aħħar stadji tan-negozjati, aħna nibqgħu impenjati lejn l-unità tal-UE27. Gernot Blümel, Ministru Federali tal-Awstrija għall-UE, l-Arti, il-Kultura u l-Mezzi tal-Informazzjoni
Il-ftehim dwar il-ħruġ għandu jkun miftiehem fi żmien xieraq biex jiġi rratifikat miż-żewġ partijiet qabel id-data tal-ħruġ tad-29 ta' Marzu 2019. In-negozjati dwar il-qafas għar-relazzjoni futura għandhom iwasslu għal fehim ġenerali li ser jiġi stipulat f'dikjarazzjoni politika li tkun mal-ftehim dwar il-ħruġ u msemmija fih.
Il-Kunsill ħa nota tal-aġenda għal-laqgħa ta' Ottubru tal-Kunsill Ewropew (Artikolu 50). Il-ministri tal-UE27 ser ikomplu t-tħejjijiet tas-summit ta' Ottubru fil-laqgħa li jmiss tagħhom fis-16 ta' Ottubru 2018 fil-Lussemburgu.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Dimosthenis Mammonas Press officer
- +32 477 61 20 77
- +32 2 281 2504
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #GAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2024