"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 12/11/2018, 12 ta' Novembru 2018

Riżultati ewlenin

Il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss

Il-Kunsill kellu dibattitu ta' orjentazzjoni dwar il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027.

Il-ministri esprimew il-fehmiet tagħhom dwar il-punti li jqisu l-aktar importanti għal ftehim futur, fid-dawl tal-ħidma li saret sa issa.

Il-gwida tagħhom ser isservi bħala bażi għal aktar diskussjonijiet fil-livell tekniku bejn l-istati membri fil-ġranet ta' qabel il-Kunsill Ewropew ta' Diċembru.

Il-presidenza Awstrijaka qed tkompli twettaq sforzi intensivi biex tmexxi 'l quddiem il-ħidma fl-aspetti kollha tal-baġit fit-tul li jmiss, skont il-mandat mogħti mill-mexxejja. Aħna determinati li nagħmlu kemm jista' jkun progress. Gernot Blümel, ministru federali għall-UE, l-arti, il-kultura u l-media tal-Awstrija

Proċedimenti tal-Artikolu 7(1) TUE

Il-ministri ddiskutew is-sitwazzjoni attwali tal-proċedura tal-Artikolu 7(1) TUE fir-rigward tal-Ungerija.

Il-Kummissjoni pprovdiet aġġornament lill-Kunsill dwar l-aħħar żviluppi fir-riforma ġudizzjarja fil-Polonja.

Kunsill Ewropew ta' Diċembru

Il-Kunsill beda t-tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-13 u l-14 ta' Diċembru billi ddiskuta abbozz ta' aġenda annotata.

Fil-laqgħa tagħhom ta' Diċembru, il-mexxejja tal-UE ser jiffukaw fuq:

  • il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027
  • is-sitwazzjoni attwali fir-rigward ta' suq uniku li jiffunzjona b'mod sħiħ
  • l-implimentazzjoni tal-approċċ komprensiv għall-migrazzjoni
  • it-tħejjijiet għas-summit mal-Lega tal-Istati Għarab fl-24 u l-25 ta' Frar 2019
  • l-azzjoni kontra d-diżinformazzjoni

Il-fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi u l-istat tad-dritt

Il-Kunsill kellu r-raba' djalogu annwali dwar l-istat tad-dritt, li ffoka fuq il-fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi u l-istat tad-dritt. Bil-parteċipazzjoni tad-Direttur tal-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, Michael O'Flaherty, il-ministri ddiskutew il-fatturi ewlenin li jiddeterminaw il-livell ta' fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi, u r-rwol li jista' jkollhom il-media, is-soċjetà ċivili, l-UE u l-istati membri biex jinkoraġġixxu din il-fiduċja.

Il-presidenza ser tħejji konklużjonijiet dwar id-dibattitu, li ser jintbagħtu lill-korpi rilevanti tal-Kunsill għal aktar kunsiderazzjoni.

Huwa importanti li nkomplu d-djalogu dwar l-istat tad-dritt taħt il-presidenza tagħna, u li l-ministri jkollhom opportunità li jaqsmu fehmiethom dwar din il-kwistjoni separatament minn każijiet individwali speċifiċi. Is-suġġett tagħna din is-sena, il-fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi, huwa essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-soċjetajiet tagħna. Gernot Blümel, ministru federali għall-UE, l-arti, il-kultura u l-media tal-Awstrija

Punti oħra

Il-ministri segwew preżentazzjoni u kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-2019.

Il-Kummissjoni ppreżentat il-pakkett ta' sussidjarjetà tagħha ppublikat fit-23 ta' Ottubru. Il-pakkett ser jiġi diskuss f'aktar dettall f'konferenza organizzata mill-presidenza Awstrijaka fil-15 u s-16 ta' Novembru fi Bregenz, l-Awstrija.

Bħala parti mit-tħejjija tas-Semestru Ewropew li jmiss, il-presidenza Awstrijaka u l-presidenza Rumena li jmiss ippreżentaw il-pjan direzzjonali għas-Semestru Ewropew 2019.

Video highlights from General Affairs Council on 12 November 2018

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025