"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 21/05/2019, 21 ta' Mejju 2019

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill beda t-tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li għandha ssir fl-20 u l-21 ta' Ġunju.

Fil-laqgħa tagħhom f'Ġunju, il-mexxejja tal-UE huma mistennija jieħdu deċiżjonijiet dwar ħatriet għaċ-ċiklu istituzzjonali li jmiss u jadottaw l-aġenda strateġika tal-UE għall-2019 sal-2024. Huma ser jikkonċentraw ukoll id-diskussjonijiet tagħhom fuq il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, it-tibdil fil-klima u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż skont il-proċess tas-Semestru Ewropew.

Il-Kunsill Ewropew ta' Ġunju ser ikun il-ħin għal deċiżjonijiet importanti li ser isawru l-ġejjieni tal-UE fis-snin li ġejjin. Bħala presidenza, għamilna l-almu tagħna biex niffaċilitaw it-tranżizzjoni għaċ-ċiklu istituzzjonali li jmiss u nagħlqu x-xogħol fuq kemm jista' jkun fajls leġislattivi. Ser inkomplu nikkontribwixxu b'mod attiv għal dan il-proċess biex ninkoraġġixxu unjoni b'saħħitha u koeżiva, f'konformità mal-motto tal-presidenza tagħna. George Ciamba, Ministru Delegat għall-Affarijiet Ewropej tar-Rumanija

Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027

Il-Kunsill iddiskuta l-aspetti tal-azzjoni esterna tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għall-2021-2027. Il-ministri kkonċentraw fuq il-proposti mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-integrazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp fil-baġit tal-UE u d-delimitazzjoni tal-fondi għall-Viċinat Ewropew fil-QFP li jmiss.

Id-dibattitu ser jikkontribwixxi għat-tħejjijiet mill-presidenza għal abbozz rivedut ta' negozjati qabel il-Kunsill Ewropew ta' Ġunju.

Kompożizzjoni tal-korpi konsultattivi tal-UE

Il-Kunsill adotta, mingħajr diskussjoni, żewġ deċiżjonijiet dwar il-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Id-deċiżjonijiet jadattaw il-kompożizzjoni ta' dawn il-korpi konsultattivi tal-UE mill-bidu tal-mandati ġodda tagħhom fl-2020 filwaqt li jqisu l-ħruġ tar-Renju Unit.

Strateġiji makroreġjonali tal-UE

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta' strateġiji makroreġjonali tal-UE, wara r-rapport ippreżentat mill-Kummissjoni Ewropea f'Jannar. Il-konklużjonijiet jirrikonoxxu r-rwol tal-makroreġjuni fit-trawwim tal-koeżjoni soċjoekonomika u territorjali.

Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss

Il-Kunsill adotta, mingħajr diskussjoni, direttiva li tistabbilixxi restrizzjonijiet ġodda fuq ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Id-direttiva l-ġdida hija parti mill-isforzi tal-UE biex tħares l-ambjent minn tniġġis tal-plastik u tnaqqas l-iskart fil-baħar.

Fertilizzanti

Il-Kunsill adotta, mingħajr diskussjoni, regolament ġdid dwar il-fertilizzanti. Ir-regolament jarmonizza l-istandards għall-fertilizzanti prodotti minn materja prima organika jew sekondarja fl-UE, biex b'hekk jinħolqu possibbiltajiet ġodda għall-produzzjoni tagħhom fuq skala kbira. Dan jistabbilixxi wkoll limiti armonizzati għal firxa ta' kontaminanti, bħall-kadmju, li jinsabu f'fertilizzanti minerali.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025