"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali (Koeżjoni), 25/06/2019, 25 ta' Ġunju 2019

Riżultati ewlenin

Punti ewlenin mill-Kunsill Affarijiet Ġenerali (Koeżjoni) tal-25 ta' Ġunju 2019, li sar fil-Lussemburgu

Pakkett leġislattiv għall-politika ta' koeżjoni 2021-2027

Il-Kunsill ħa kont tas-sitwazzjoni attwali tan-negozjati rigward il-pakkett dwar il-politika ta' koeżjoni għall-perjodu 2021–2027.

Matul dawn l-aħħar xhur ġew miftiehma mandati għal negozjati mal-Parlament Ewropew rigward ir-regolament dwar id-dispożizzjonijiet komuni u r-regolamenti li jkopru l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew Plus u l-Interreg. Dan jeskludi d-dispożizzjonijiet li huma parti min-negozjati dwar il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss minħabba n-natura baġitarja jew orizzontali tagħhom.

Il-Kunsill issimplifika l-ġestjoni tal-fondi, billi naqqas il-piż amministrattiv filwaqt li żied il-flessibbiltà u l-proporzjonalità għall-istati membri. Il-mandati parzjali tal-Kunsill iġibu wkoll aktar prevedibbiltà u jiżguraw l-istabbiltà għall-investimenti.

Lil hinn mill-ħidma fi ħdan il-korpi preparatorji tal-Kunsill, il-presidenza Rumena bdiet negozjati interistituzzjonali mal-Parlament Ewropew rigward id-dispożizzjonijiet tar-regolament dwar id-dispożizzjonijiet komuni fir-rigward tal-programmazzjoni u l-ippjanar strateġiku.

Dan kien semestru impenjattiv fil-ħidma tal-Kunsill dwar il-pakkett ta' koeżjoni li jmiss u ninsab sodisfatt ħafna b'dak li ksibna. Bil-pożizzjoni tal-Kunsill rigward ir-regolament dwar id-dispożizzjonijiet komuni u r-regolamenti kollha speċifiċi għall-fondi miftiehma, il-presidenza Rumena kisbet l-objettivi tagħha. Barra minn hekk, l-iskambji tagħna mal-Parlament ser jgħinu fin-negozjati futuri u jipprovdu gwida siewja għal aktar ħidma taħt il-presidenza Finlandiża. Roxana Mînzatu, Ministru għall-Fondi Ewropej tar-Rumanija

Il-Kunsill kellu wkoll dibattitu ta' orjentazzjoni dwar l-isfidi futuri għall-programmazzjoni tal-fondi ta' koeżjoni għall-perjodu 2021-2027.

Il-pakkett leġislattiv għall-politika ta' koeżjoni jsaħħaħ ir-rabta mas-Semestru Ewropew. Dan jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tal-2019 element ewlieni fit-tfassil tal-programmi għall-2021-2027 u jipprevedi eżerċizzju ta' rieżami ta' nofs it-terminu fl-2025 abbażi tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tal-2024.

Il-ministri ddiskutew kif ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi jistgħu jiġu kkunsidrati fil-livell nazzjonali u fil-programmazzjoni reġjonali tal-fondi.

Skambjaw ukoll fehmiet dwar governanza ekonomika tajba u kundizzjonalitajiet oħra għall-finanzjament tal-koeżjoni, b'kont meħud tal-ħtieġa li l-fondi jintefqu bl-aktar mod effettiv, filwaqt li jiġi massimizzat l-impatt tagħhom fuq it-tnaqqis tad-disparitajiet reġjonali.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025