- Kunsill Affarijiet Ġenerali
Kunsill Affarijiet Ġenerali, 09/04/2019, 9 ta' April 2019
Riżultati ewlenin
Il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss
Il-ministri kellhom skambju ta’ fehmiet dwar il-politika ta’ koeżjoni u l-Politika Agrikola Komuni (PAK) fil-kuntest tad-dibattitu dwar il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2021–2027 (QFP).
Id-diskussjoni kienet parti minn sensiela ta’ dibattiti tematiċi, li ser jikkontribwixxu għat-tħejjija ta’ abbozz issimplifikat ta’ kaxxa ta’ negozjar għall-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju. L-abbozz tal-kaxxa ta' negozjar jiġbor flimkien dawk l-elementi li x’aktarx li jirrikjedu gwida politika mill-mexxejja tal-UE bil-ħsieb li jiffaċilitaw qbil fil-Kunsill.
Il-Presidenza ppreżentat ukoll lill-Kunsill rapport rivedut ta' progress li jiddeskrivi l-istat attwali fin-negozjati dwar il-proposti settorjali relatati mal-QFP.
Taħt il-Presidenza Rumena tal-Kunsill tal-UE, ħdimna b’mod intensiv fuq bosta programmi settorjali marbuta mal-QFP. Illum ippreżentajna r-riżultati tal-ħidma s’issa. Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew issa għandhom fehma komuni dwar għaxar programmi futuri tal-UE. Dan ix-xogħol ta’ bażi għandu jgħinna nħejju u nimplimentaw il-programmi varji fil-ħin. George Ciamba, Ministru Delegat għall-Affarijiet Ewropej tar-Rumanija
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-iżvilupp sostenibbli
Il-Kunsill adotta ġabra ta’ konklużjonijiet dwar l-implimentazzjoni mill-UE tal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli. L-Aġenda 2030 ġiet stabbilita fl-2015 u hi magħmula minn ġabra ta’ 17-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs). Minħabba n-natura orizzontali tagħha, l-implimentazzjoni tagħha teħtieġ approċċ transpolitiku mill-UE u l-istati membri tagħha. Aktar kmieni din is-sena, il-Kummissjoni ppubblikat dokument ta' riflessjoni "Lejn Ewropa sostenibbli sal-2030", li l-konklużjonijiet qed jagħtu tweġiba għalih.
Fil-konklużjonijiet tiegħu, il-Kunsill jissottolinja l-importanza ċentrali tal-iżvilupp sostenibbli għall-Unjoni Ewropea u jisħaq li huwa fl-interess tal-UE li tkompli taqdi rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 u s-17-il għan ta' żvilupp sostenibbli tagħha. Hekk kif jagħraf l-importanza tagħha għall-UE, il-Kunsill jappella biex tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 “kemm globalment kif ukoll internament, bħala prijorità ġenerali tal-UE, għall-benefiċċju taċ-ċittadini tagħha u biex titħares il-kredibbiltà tagħha fl-Ewropa u globalment.”
Il-Kunsill jirrepeti wkoll it-talba li għamel qabel lill-Kummissjoni biex tfassal strateġija komprensiva għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030.
- Konklużjonijiet tal-Kunsill “Lejn Unjoni dejjem aktar sostenibbli sal-2030”
- Dokument ta' riflessjoni tal-Kummissjoni "Lejn Ewropa sostenibbli sal-2030"
Proċeduri tal-Artikolu 7
Il-ministri ddiskutew l-istat attwali rigward il-valuri tal-UE fl-Ungerija u l-istat tad-dritt fil-Polonja skont l-Artikolu 7(1) TUE.
Il-Kummissjoni pprovdiet aġġornament dwar l-aħħar żviluppi fl-Ungerija u l-Polonja, rispettivament, u wara dan il-ministri kellhom skambju ta’ fehmiet.
- Proposta motivata skont l-Artikolu 7(1) TUE dwar il-Polonja
- Proposta motivata skont l-Artikolu 7(1) TUE dwar l-Ungerija
Punti leġislattivi
Il-Kunsill adotta wkoll mingħajr diskussjoni għadd sinifikanti ta’ atti leġislattivi li jkopru firxa ta’ oqsma ta’ politika. Dan jirrifletti l-eżitu ta’ negozjati intensivi mal-Parlament Ewropew matul dawn l-aħħar ġimgħat hekk kif qed joqrob tmiem il-leġislatura attwali.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Stqarrijiet għall-istampa
- Żvilupp sostenibbli: il-Kunsill jadotta konklużjonijiet
- 09/04/2019
- Arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp: il-Kunsill jistabbilixxi grupp ta' livell għoli ta' persuni għorrief
- 09/04/2019
- Legislative acts adopted by the General Affairs Council
- 09/04/2019
- Titjib tal-aċċessibbiltà għal prodotti u servizzi għall-persuni b'diżabbiltà u l-anzjani: il-Kunsill jadotta l-Att dwar l-Aċċessibbiltà
- 09/04/2019
- Vjaġġar mingħajr viża wara l-Brexit: il-Kunsill jadotta regolament
- 09/04/2019
- Regoli aħjar dwar il-produzzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni għax-xorb spirituż: il-Kunsill jadotta regolament ġdid
- 09/04/2019
- Indirizzar tal-prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari
- 09/04/2019
- Il-liġi tal-kompetizzjoni ġusta fis-settur tat-trasport bl-ajru ffirmata mill-Kunsill
- 09/04/2019
- L-iskambju ta' rekords kriminali: l-UE taqbel dwar sistema tal-ECRIS riformata
- 09/04/2019
- L-UE tistabbilixxi regoli aktar stretti għall-ġlieda kontra l-frodi ta' pagamenti mhux bi flus kontanti
- 09/04/2019
- Il-Kunsill jadotta riforma tar-rekwiżiti ta' kapital għas-self improduttiv tal-banek
- 09/04/2019
- Updated rules on the European Citizens' Initiative adopted
- 09/04/2019
- Regoli aktar effiċjenti għat-trattament ta' appelli quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE
- 09/04/2019
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Dimosthenis Mammonas Press officer
- +32 477 61 20 77
- +32 2 281 2504
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #GAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025