"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 18/06/2019, 18 ta' Ġunju 2019

Riżultati ewlenin

Filmat tal-punti ewlenin tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali li sar fil-Lussemburgu fit-18 ta’ Ġunju 2019.

Tkabbir

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-politika ta' tkabbir tal-UE u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni.

Il-konklużjonijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tal-Kunsill lejn it-tkabbir, li jibqa’ politika ewlenija tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kunsens imġedded dwar it-tkabbir approvat mill-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2006 u l-konklużjonijiet sussegwenti tal-Kunsill.

Il-Kunsill itenni li t-tkabbir jibqa' jirrappreżenta investiment strateġiku fil-paċi, id-demokrazija, il-prosperità, is-sigurtà u l-istabbiltà fl-Ewropa.

Filwaqt li jafferma mill-ġdid il-konklużjonijiet tiegħu tas-26 ta' Ġunju 2018, il-Kunsill jilqa' l-Ftehim storiku u mingħajr preċedent ta' Prespa u jieħu nota tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għall-ftuħ negozjati dwar l-adeżjoni mar-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq u l-Albanija abbażi tal-evalwazzjoni pożittiva tagħha tal-progress li sar u l-issodisfar tal-kondizzjonijiet identifikati mill-Kunsill. Fid-dawl taż-żmien limitat disponibbli u tal-importanza tal-kwistjoni, il-Kunsill ser jerġa' lura għall-kwistjoni bil-ħsieb li tintlaħaq deċiżjoni ċara u sostantiva malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn Ottubru 2019.

Is-soluzzjoni maqbula b'kunsens fil-livell tal-istati membri kollha tirrappreżenta r-riżultat ta' ħidma intensiva matul proċess kumpless ta' negozjar u tibgħat messaġġ pożittiv, tippreserva perspettiva Ewropea u kronoloġija ċari għas-sħab li jiksbu riżultati fuq l-impenji tagħhom. L-eżitu tal-Kunsill tal-lum jikkonferma mill-ġdid li l-promozzjoni tal-politika dwar it-tkabbir, ibbażata fuq koeżjoni interna tal-UE, issaħħaħ il-koerenza u r-rilevanza tal-azzjoni globali tal-UE, li tibda fil-viċinat immedjat tagħna. George Ciamba, Ministru Delegat għall-Affarijiet Ewropej tar-Rumanija

Il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss

Il-Kunsill kellu dibattitu ta' orjentazzjoni dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għall-2021 sal-2027, qabel il-Kunsill Ewropew ta' Ġunju. Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-abbozz rivedut tal-kaxxa ta' negozjar imħejji mill-Presidenza Rumena, bħala riżultat tal-ħidma intensiva mwettqa matul dan is-semestru.

L-għan tad-dokument huwa li jiċċara u jissimplifika l-opzjonijiet fuq il-mejda tan-negozjar sabiex jiġu ffaċilitati d-diskussjonijiet futuri bejn il-mexxejja, abbażi tal-prinċipju li ma jkunx hemm qbil jekk ma jkunx hemm qbil dwar kollox.

Il-ħidma fuq l-abbozz tal-kaxxa ta' negozjar mistennija tkompli matul il-presidenza Finlandiża abbażi tal-gwida li għandha tiġi pprovduta mill-mexxejja fil-laqgħa tagħhom fl-20 u l-21 ta' Ġunju.

It-terminu tagħna bħala l-Presidenza tal-Kunsill kien ikkaratterizzat minn ħidma intensiva dwar il-QFP u l-programmi settorjali relatati. It-tħejjija ta' abbozz rivedut ta' kaxxa ta' negozjar iffurmat parti minn dawn l-isforzi. Fil-fehma tal-Presidenza, din tipprovdi bażi solida għall-kollegi Finlandiżi tagħna biex javvanzaw dan il-fajl bil-ħsieb tal-iffaċilitar ta' qbil f'waqtu. George Ciamba, Ministru Delegat għall-Affarijiet Ewropej tar-Rumanija

Kunsill Ewropew ta' Ġunju

Il-Kunsill iffinalizza t-tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-20 u l-21 ta' Ġunju 2019 billi ddiskuta l-abbozz ta' konklużjonijiet.

F'din il-laqgħa l-mexxejja tal-UE mistennija:

  • jieħdu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatriet għaċ-ċiklu istituzzjonali li jmiss u jadottaw l-aġenda strateġika tal-UE għall-2019-2024
  • imorru lura għall-kwistjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss
  • jiddiskutu t-tibdil fil-klima qabel is-Summit tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar l-Azzjoni Klimatika fit-23 ta' Settembru 2019
  • fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, jiddiskutu r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi
  • jieħdu nota ta' rapport dwar id-diżinformazzjoni u l-elezzjonijiet imħejji mill-Presidenza Rumena f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli

Semestru Ewropew

Il-Kunsill iddiskuta rapport orizzontali dwar ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi u ddeċieda li jibagħtu lill-Kunsill Ewropew

Dokument provviżorju tal-ivvjaġġar tal-UE

Il-Kunsill adotta, mingħajr diskussjoni, direttiva dwar dokument provviżorju tal-ivvjaġġar tal-UE. Id-direttiva taġġorna r-regoli, il-format u l-karatteristiċi tas-sigurtà tad-dokument provviżorju tal-ivvjaġġar tal-UE. Tissimplifika l-formalitajiet għal ċittadini tal-UE mhux rappreżentati f'pajjiżi terzi li l-passaport jew id-dokument tal-ivvjaġġar tagħhom ikun intilef, insteraq jew inqered.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Riżultati tal-votazzjonijiet tal-laqgħa

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025