"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 18/07/2019, 18 ta' Lulju 2019

Riżultati ewlenin

Filmat tal-punti ewlenin tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali li sar fi Brussell fit-18 ta' Lulju 2019.

Il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss

Il-presidenza infurmat lill-ministri dwar il-pjanijiet tagħha rigward il-ħidma fuq il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għall-2021-2027.

Fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ Ġunju 2019, il-Kunsill Ewropew appella lill-presidenza Finlandiża biex tkompli l-ħidma fuq il-QFP u tiżviluppa l-Kaxxa ta' Negozjar. Fuq dik il-bażi, il-mexxejja tal-UE ser ikollhom skambju ta' fehmiet f'Ottubru, bil-għan li jintlaħaq ftehim qabel tmiem is-sena.

Bi tħejjija għall-iskambji bejn il-mexxejja, il-presidenza ser tkompli d-diskussjonijiet tematiċi fil-livell tekniku f'Lulju u Settembru. Barra minn hekk, il-presidenza ħejjiet kwestjonarju għad-delegazzjonijiet biex iwieġbuh matul il-perijodu ta' waqfien tas-sajf. Barra minn hekk, ser isiru laqgħat bilaterali fil-livell ministerjali qabel il-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali f'Settembru.

B'mod parallel, il-Presidenza ser tfittex li tagħmel l-akbar progress possibbli fin-negozjati dwar il-proposti settorjali relatati mal-QFP.

Il-presidenza Finlandiża hija impenjata bis-sħiħ biex tilħaq l-iskeda ta' żmien stabbilita mill-mexxejja tal-UE u biex tiffaċilita l-istadji finali tan-negozjati dwar il-QFP. Lesti li naħdmu ħafna u ser nsarrfu n-negozjati f'ċifri. Għalina, l-aktar kompitu importanti huwa li nipproduċu bażi bilanċjata għall-mexxejja tagħna. Tytti Tiupurinen, Ministru għall-Affarijiet Ewropej tal-Finlandja

Implimentazzjoni tal-aġenda strateġika

Il-ministri skambjaw fehmiet dwar l-implimentazzjoni tal-aġenda strateġika 2019-2024. Id-dibattitu sar f'sessjoni pubblika.

L-aġenda strateġika, li ntlaħaq qbil dwarha mill-mexxejja tal-UE f'Ġunju, hija maħsuba biex tiggwida l-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-UE matul il-ħames snin li ġejjin. Hija tiffoka fuq erba' prijoritajiet ewlenin:

  • il-ħarsien taċ-ċittadini u tal-libertajiet
  • l-iżvilupp ta' bażi ekonomika soda u vibranti
  • il-bini ta' Ewropa b'effett newtrali fuq il-klima, ekoloġika, ġusta u soċjali
  • il-promozzjoni tal-interessi u l-valuri Ewropej fix-xena globali

Il-Finlandja hija l-ewwel presidenza li tintegra fil-ħidma tal-Kunsill il-prijoritajiet il-ġodda tal-aġenda strateġika għall-2019-2024. Il-ministri ddiskutew l-aħjar mod kif dan jista' jsir, b'kont meħud tal-isfidi u l-opportunitajiet multidimensjonali quddiemna. Huma indirizzaw ukoll il-metodi ta' ħidma tal-Kunsill u l-prinċipji trasversali tal-aġenda strateġika, bħat-trasparenza.

Id-diskussjoni kienet ibbażata fuq dokument li fih il-presidenza pprovdiet indikazzjoni tentattiva dwar meta u f'liema konfigurazzjoni tal-Kunsill ser jiġu eżaminati l-kwistjonijiet ewlenin.

Matul id-dibattitu, il-ministri enfasizzaw l-importanza li jinkisbu riżultati tanġibbli. L-UE għandha twieġeb għall-aspettattivi taċ-ċittadini. Barra minn hekk, komunikazzjoni ċara u attiva kienet meqjusa kruċjali.

Il-Kunsill Affarijiet Ġenerali huwa mistenni jerġa' lura għall-implimentazzjoni tal-aġenda strateġika fil-laqgħat tiegħu f'Ottubru u Diċembru. Il-Kunsill Ewropew ser jiddiskuti wkoll is-segwitu għall-aġenda strateġika matul il-laqgħa tiegħu f'Ottubru 2019.

Stat tad-Dritt

Il-presidenza infurmat lill-ministri dwar il-pjanijiet tagħha għat-tisħiħ tar-rispett għall-istat tad-dritt fl-UE. Il-presidenza ser tiffoka fuq l-iżvilupp tal-istrumenti tal-UE dwar l-istat tad-dritt, inkluż id-djalogu tal-Kunsill dwar l-istat tad-dritt, u t-tisħiħ tas-sinerġiji bejniethom.

Il-Kummissjoni ppreżentat il-komunikazzjoni tagħha dwar it-tisħiħ tal-istat tad-dritt fl-UE, adottata fis-17 ta' Lulju.

Il-ministri mistennija jerġgħu lura għal dan is-suġġett fil-laqgħa tagħhom f'Settembru.

Il-Kunsill evalwa wkoll is-sitwazzjoni attwali tal-istat tad-dritt fil-Polonja fid-dawl ta' żviluppi reċenti, notevolment is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea rigward il-liġi tal-Polonja dwar il-Qorti Suprema.

Mingħajr diskussjoni, il-Kunsill approva l-modalitajiet standard għal seduti ta' smigħ skont il-proċeduri tal-Artikolu 7(1) TUE. Wara l-esperjenza miksuba mill-proċeduri kontinwi tal-Artikolu 7(1) TUE, l-għan ta' dan it-test huwa li tiżdied il-prevedibbiltà u tingħata struttura aktar solida lis-seduti ta' smigħ.

L-istat tad-dritt huwa parti essenzjali mill-bażi tal-valur komuni tagħna. Dan huwa xi ħaġa li tgħaqqadna. Għalhekk, il-Finlandja tagħti importanza partikolari lit-tisħiħ tal-istat tad-dritt fl-UE. Bħala presidenza, irridu nindirizzaw dan id-dibattitu fi spirtu pożittiv u kostruttiv. L-għan huwa li jinstabu modi aħjar u aktar effiċjenti biex jiġi żgurat ir-rispett għall-valuri komuni tal-UE fl-istati membri. Tytti Tiupurinen, Ministru għall-Affarijiet Ewropej tal-Finlandja

Prijoritajiet tal-presidenza Finlandiża

Il-Kunsill sema' wkoll preżentazzjoni dwar il-prijoritajiet tal-presidenza Finlandiża għas-sitt xhur li ġejjin.

Il-prijoritajiet ġenerali tal-presidenza Finlandiża huma: it-tisħiħ tal-valuri komuni u l-istat tad-dritt, li l-UE ssir aktar kompetittiva u soċjalment inklużiva, it-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-UE bħala mexxejja globali fl-azzjoni klimatika, u l-protezzjoni tas-sigurtà taċ-ċittadini b'mod komprensiv.

Fit-tieni nofs tal-2019, il-ministri fil-Kunsill Affarijiet Ġenerali ser jiffokaw, b'mod partikolari, fuq is-suġġetti li ġejjin:

  • il-qafas finanzjarju pluriennali
  • l-istat tad-dritt
  • it-tkabbir
  • it-theddid ibridu

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025