"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 11 ta' Mejju 2021

Riżultati ewlenin

Koordinazzjoni tal-UE b'rabta mal-COVID-19

Il-Kunsill iddiskuta s-sitwazzjoni preżenti tal-koordinazzjoni tal-UE tal-COVID-19 b'enfasi fuq il-kampanja ta' tilqim, il-ħidma li għaddejja fuq iċ-ċertifikati ħodor diġitali, u s-sitwazzjoni epidemjoloġika u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar.

Fit-3 ta' Mejju, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni kellhom l-ewwel trilogu dwar iċ-ċertifikat aħdar diġitali, maħsub biex jiffaċilita l-moviment liberu, bil-ħsieb li jiġi konkluż f'Ġunju. It-tieni trilogu ser isir fil-11 ta' Mejju.

Il-ħidma teknika li għaddejja fuq iċ-ċertifikati diġitali interoperabbli tal-COVID-19 hija parti mit-tħejjijiet għal approċċ komuni għat-tneħħija gradwali futura tar-restrizzjonijiet. Għaddejja wkoll ħidma fuq ir-reviżjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-ivvjaġġar minn pajjiżi terzi.

Ana Paula Zacarias, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Portugall
In-negozjati dwar iċ-Ċertifikat Aħdar Diġitali qed jimxu 'l quddiem fi spirtu kostruttiv. Nittamaw li nkunu nistgħu nilħqu qbil interistituzzjonali malajr. Dan ikun kontribut importanti biex l-Ewropa terġa' tibda timxi 'l quddiem.
Ana Paula Zacarias, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Portugall
Ana Paula Zacarias, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Portugall

Laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew fl-24 u l-25 ta' Mejju 2021

Il-Kunsill ħejja għal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew fl-24 u l-25 ta' Mejju 2021.

Il-mexxejja tal-UE ser jiltaqgħu fi Brussell biex jikkoordinaw it-tweġiba tal-UE għall-COVID-19 u jiddiskutu l-aħħar żviluppi.

Il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern ser jikkonċentraw ukoll fuq it-tibdil fil-klima, b'segwitu għall-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2020.

Il-mexxejja tal-UE ser jimxu mbagħad għar-relazzjonijiet esterni, b'dibattitu strateġiku dwar ir-Russja. Id-dikjarazzjoni tal-25 ta’ Marzu tal-membri tal-Kunsill Ewropew ipprevediet dibattitu strateġiku li għandu jsir "f'laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ewropew''. Fl-aħħar nett, il-Kunsill Ewropew ser janalizza l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit.

Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa

Il-ministri għall-Affarijiet Ewropej ġew mgħarrfa mill-presidenza dwar is-sitwazzjoni preżenti u l-passi li jmiss rigward il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, wara l-attività inawgurali formali fid-9 ta' Mejju fi Strasburgu.

Eżatt qabel din l-attività formali, il-Bord Eżekuttiv tal-Konferenza ltaqa' għar-raba' darba biex jiddiskuti u jaqbel dwar il-kapitolu li fadal tar-Regoli ta' Proċedura, marbut mal-Plenarja tal-Konferenza. B'dan, ir-Regoli ta' Proċedura ġew iffinalizzati kompletament wara l-approvazzjoni li ngħatat mill-Bord, fit-22 ta' April li għadda, liż-żewġ taqsimiet l-oħra tar-Regoli ta' Proċedura tal-Konferenza, partikolarment dik dwar il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-metodi ta' ħidma tal-Bord. F'dik l-okkażjoni, il-Bord ġie mgħarraf ukoll dwar il-modalitajiet prattiċi għall-organizzazzjoni tal-bordijiet taċ-Ċittadini Ewropej.

Fid-19 ta' April tnediet il-pjattaforma diġitali tal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, li biha l-konverżazzjoni setgħet tibda miċ-ċittadini madwar l-Ewropa. Għadd ta' ideat u attivitajiet diġà ġew ippubblikati fuq il-pjattaforma.

Affarijiet oħra

Il-ministri evalwaw it-Tkabbir u l-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Iżvizzera.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025