"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-affarijiet Ewropej, 23 ta' Marzu 2021

Riżultati ewlenin

Vidjokonferenza tal-membri tal-Kunsill Ewropew

Il-ministri eżaminaw dikjarazzjoni għall-vidjokonferenza tal-membri tal-Kunsill Ewropew tal-25 u s-26 ta' Marzu. Il-mexxejja tal-UE ser jiddiskutu r-rispons għall-pandemija tal-COVID-19, is-suq uniku, il-politika industrijali, it-trasformazzjoni diġitali u l-ekonomija, is-sitwazzjoni fil-Lvant tal-Mediterran, u r-relazzjonijiet mar-Russja.

  • COVID-19: Il-mexxejja ser jevalwaw l-organizzazzjoni tad-distribuzzjoni tal-vaċċini u s-sitwazzjoni epidemjoloġika u jkomplu r-rispons koordinat għall-kriżi tal-pandemija.
  • Is-suq uniku, il-politika industrijali, it-trasformazzjoni diġitali u l-ekonomija: Huma ser jiddiskutu l-prijoritajiet ewlenin għas-suq uniku, il-politika industrijali u t-trasformazzjoni diġitali. Il-mexxejja ser jagħtu ħarsa lejn il-Kumpass Diġitali, inkluż il-miri stabbiliti għall-2030, u jevalwaw il-ħidma fuq it-tassazzjoni diġitali. Huma ser jindirizzaw il-prijoritajiet għas-Semestru Ewropew 2021 u l-mexxejja ser jiġu mistiedna japprovaw ir-rakkomandazzjoni dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro fil-laqgħa formali li jmiss tagħhom.
  • Il-Lvant tal-Mediterran: Il-mexxejja tal-UE ser jiddiskutu s-sitwazzjoni fil-Lvant tal-Mediterran. Qabel il-laqgħa, ir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni mistennija jippreżentaw rapport dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija qabel il-laqgħa, b'segwitu għall-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2020.
  • Ir-Russja: Il-mexxejja tal-UE ser jiddiskutu r-relazzjonijiet mar-Russja.
Ana Paula Zacarias, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Portugall
Il-qofol tal-azzjoni kollettiva tagħna biex tiġi indirizzata l-pandemija huwa li nħaffu l-produzzjoni, it-twassil u l-użu tal-vaċċini. Ser isir kull sforz.
Ana Paula Zacarias, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Portugall
Ana Paula Zacarias, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Portugall

Semestru Ewropew

Il-Kunsill eżamina rapport ta' sinteżi tal-presidenza dwar il-kontributi ta' diversi vidjokonferenzi informali tal-ministri responsabbli mill-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji, l-impjiegi u l-affarijiet soċjali, is-suq intern u l-industrija, l-ambjent u r-riċerka, rigward is-Semestru Ewropew 2021 u l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza.

Ir-rapport jinnota li, skont l-aħħar tbassir tax-xitwa tal-Kummissjoni, il-perspettiva ekonomika tiddependi b'mod kruċjali fuq l-evoluzzjoni tal-pandemija u fuq ir-restrizzjonijiet fuq l-attività ekonomika biex tiġi kkontrollata u li l-appoġġ politiku fil-livell nazzjonali u dak tal-UE ser ikun kruċjali għall-irkupru.

Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, ir-rapport jenfasizza li l-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom isiru d-dokument ta' referenza ewlieni dwar l-inizjattivi ta' politika li jħarsu 'l quddiem tal-Istati Membri. Il-pjanijiet għandhom jinkludu l-aġenda nazzjonali tar-riformi u l-investimenti, ikunu konsistenti mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, ikunu konformi mal-objettivi ta' politika tal-UE u jiffukaw fuq it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.

Il-Kunsill qabel ukoll li jibgħat abbozz ta' rakkomandazzjoni dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro lill-Kunsill Ewropew.

Il-presidenza ppreżentat pjan direzzjonali aġġornat dwar is-Semestru Ewropew 2021. Dan il-pjan direzzjonali ġie ppreparat bil-ħsieb tal-kuntest partikolari li jirriżulta mill-pandemija tal-COVID-19 u l-ħtieġa ta' aktar aġġustament biex il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tiġi integrata fis-Semestru Ewropew.

Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa

Il-presidenza infurmat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali tal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, immirata lejn l-involviment taċ-ċittadini f'dibattitu wiesa' dwar il-ġejjieni tal-Ewropa fl-għaxar snin li ġejjin u lil hinn, inkluż fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19.

Fl-10 ta' Marzu, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni ffirmaw dikjarazzjoni konġunta li tistabbilixxi l-objettivi, l-istruttura, l-ambitu u ż-żmien meta ser issir il-Konferenza.

Il-laqgħa kostituttiva tal-Bord Eżekuttiv tal-Konferenza ser issir fl-24 ta' Marzu 2021 biex jiġu diskussi firxa ta' kwistjonijiet, inkluż arranġamenti interni u t-tnedija tal-pjattaforma online, kif ukoll l-ippjanar għal avvenimenti futuri tal-Konferenza.

Il-Kunsill ser ikun rappreżentat fil-Bord mill-presidenza u ż-żewġ presidenzi sussegwenti, bl-erba' presidenzi ta' wara bl-istatus ta' osservatur.

L-attivitajiet tal-Konferenza huma mistennija li jibdew dalwaqt. Il-presidenza konġunta tal-Konferenza ser tistieden lill-Konferenza biex tilħaq konklużjonijiet sar-rebbiegħa 2022.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025