"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-affarijiet Ewropej, 23 ta' Frar 2021

Riżultati ewlenin

Vidjokonferenza tal-Membri tal-Kunsill Ewropew

Il-ministri għall-affarijiet Ewropej ħejjew il-vidjokonferenza informali tal-Membri tal-Kunsill Ewropew fil-25 u s-26 ta' Frar 2021. Il-mexxejja tal-UE ser jiddiskutu s-sitwazzjoni attwali tal-pandemija tal-COVID-19, it-tħejjija għat-theddid għas-saħħa, is-sigurtà u d-difiża, u r-relazzjonijiet mal-Viċinat tan-Nofsinhar.

COVID-19 u Saħħa

Il-mexxejja tal-UE ser jevalwaw is-sitwazzjoni epidemjoloġika. Huma ser ikomplu jaħdmu biex jikkoordinaw ir-rispons għall-pandemija tal-COVID-19, inkluż fuq l-awtorizzazzjoni, il-produzzjoni u l-organizzazzjoni tad-distribuzzjoni tal-vaċċini u l-moviment tal-persuni.

Il-mexxejja ser ikollhom skambju ta' fehmiet dwar it-tisħiħ tar-reżiljenza tal-UE għat-theddid għas-saħħa.

Il-mexxejja ser jiddiskutu wkoll modi biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tas-saħħa.

Sigurtà u difiża

Il-mexxejja ser ikollhom dibattitu strateġiku dwar il-politika Ewropea ta' sigurtà u ta' difiża.

Il-mexxejja tal-UE ser jirrieżaminaw l-inizjattivi li għaddejjin bħalissa dwar l-investiment fid-difiża, l-iżvilupp tal-kapaċitajiet u t-tħejjija operazzjonali. Huma ser jiddiskutu wkoll il-ħidma biex tiżdied ir-reżiljenza tal-UE, b'mod partikolari kontra ċ-ċiberattakki u t-theddid ibridu.

Viċinat tan-Nofsinhar

Il-mexxejja ser ikollhom diskussjoni strateġika dwar ir-relazzjonijiet tal-UE mal-Viċinat tan-Nofsinhar. F'Diċembru 2020, il-Kunsill Ewropew adotta konklużjonijiet dwar din is-sħubija. Dakinhar, il-mexxejja enfasizzaw li Viċinat tan-Nofsinhar demokratiku, aktar stabbli, aktar ekoloġiku u aktar prosperu huwa prijorità strateġika għall-UE.

Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa

Il-ministri evalwaw id-diskussjonijiet interistituzzjonali dwar il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa.

Ana Paula Zacarias, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Portugall
Neħtieġu li l-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa tkun dibattitu inklużiv bejn l-istati membri u ċ-ċittadini Ewropej dwar x'inhu meħtieġ biex nibnu l-Unjoni tagħna flimkien. Neħtiġuha li tkun iffukata fuq ix-xewqat u l-ansjetajiet taċ-ċittadini aktar milli fuq l-istituzzjonijiet tal-UE. Bħala Presidenza tal-Kunsill, ser inkomplu nagħmlu dak kollu li nistgħu biex inniedu l-Konferenza malajr kemm jista' jkun.
Ana Paula Zacarias, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Portugall
Ana Paula Zacarias, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Portugall

Il-Presidenza infurmat lill-ministri dwar l-aħħar taħditiet mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE, wara li ntlaħaq qbil dwar pożizzjoni riveduta tal-Kunsill fit-3 ta' Frar.

Din il-pożizzjoni riveduta tinkludi proposta għal presidenza kolleġġjali tat-tliet istituzzjonijiet, rappreżentata fl-ogħla livell mill-presidenza tal-Kunsill, il-President tal-Kummissjoni u l-President tal-Parlament, li jaġixxu bħala presidenza konġunta.

Skont il-proposta, ikun hemm ukoll bord eżekuttiv magħmul minn rappreżentanti mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea, fuq bażi ugwali.

Il-Konferenza mistennija li ssir operattiva din is-sena u li tikkonkludi u tagħti r-riżultati fir-rebbiegħa tal-2022.

Pjan ta' azzjoni għad-demokrazija Ewropea

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-pjan ta' azzjoni għad-demokrazija Ewropea, wara preżentazzjoni inizjali mill-Kummissjoni Ewropea fit-8 ta' Diċembru 2020.

Il-Kummissjoni adottat din l-inizjattiva fit-3 ta' Diċembru 2020 bil-għan li tiżgura li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jipparteċipaw fis-sistema demokratika permezz ta' teħid ta' deċiżjonijiet infurmat ħieles minn interferenza u manipulazzjoni illegali.

Relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit

Il-ministri għall-affarijiet Ewropej ivvalutaw is-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit għall-ewwel darba mill-iffirmar tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni f'Diċembru 2020.

Fl-24 ta' Diċembru 2020, l-UE u r-Renju Unit qablu li japplikaw b'mod proviżorju l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u l-Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni mill-1 ta' Jannar 2021, sakemm jintemm il-proċess ta' ratifika tal-UE u d-dħul fis-seħħ uffiċjali.

Il-ġimgħa l-oħra l-UE ddeċidiet li titlob estensjoni sat-30 ta' April 2021 biex ikun hemm biżżejjed żmien biex titlesta r-reviżjoni mill-ġuristi lingwisti tal-ftehim fl-24 lingwa, qabel l-iskrutinju tiegħu mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew. Sabiex tinbidel id-data tat-tmiem tal-applikazzjoni proviżorja, jeħtieġ li tittieħed deċiżjoni b'mod konġunt fil-Kunsill ta' Sħubija bejn l-UE u r-Renju Unit. Ladarba jintlaħaq qbil dwar id-data l-ġdida, il-Kunsill ser jitlob lill-Parlament Ewropew għall-approvazzjoni tiegħu. Meta din tingħata, il-Kunsill imbagħad ikun jista' jipproċedi għall-pass finali, bl-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025