"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-affarijiet Ewropej, 20 ta' April 2021

Riżultati ewlenin

Djalogu Annwali dwar l-Istat tad-Dritt

Fil-qafas tad-Djalogu annwali dwar l-Istat tad-Dritt, il-ministri kellhom diskussjoni speċifika għall-pajjiż dwar l-iżviluppi tal-istat tad-dritt f'ħames stati membri: il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja u Franza.

Din kienet it-tieni diskussjoni speċifika għall-pajjiż li saret fil-Kunsill, wara dik ta' Novembru li għadda, li kkonċentrat fuq is-sitwazzjoni fil-Belġju, fil-Bulgarija, fiċ-Ċekja, fid-Danimarka u fl-Estonja. L-eżerċizzju huwa parti minn approċċ imsaħħaħ u aktar strutturat, bil-għan li jkompli jtejjeb l-istat tad-dritt fl-istati membri kollha, fil-qafas tal-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill fl-2014, li stabbilixxew id-djalogu.

Ana Paula Zacarias, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Portugall
L-għan ġenerali ta' dan l-eżerċizzju huwa li jkompli jtejjeb l-Istat tad-Dritt fl-Unjoni Ewropea, inkluż: it-tisħiħ ta' sistemi ġudizzjarji indipendenti, il-ħolqien ta' oqfsa effettivi kontra l-korruzzjoni li jrawmu t-trasparenza u r-responsabbiltà, il-ħolqien ta' salvagwardji għall-pluraliżmu tal-mezzi tax-xandir, kwistjonijiet oħra marbuta mal-kontrolli u l-bilanċi u li jqarrbu liċ-ċittadini lejn il-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet. B'dan ikun jista' jsir dibattitu miftuħ u kostruttiv dwar is-sitwazzjoni tal-Istat tad-Dritt fl-istati membri kollha.
Ana Paula Zacarias, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Portugall
Ana Paula Zacarias, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Portugall

Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit

Il-ministri għall-affarijiet Ewropej evalwaw is-sitwazzjoni preżenti tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit, fil-kuntest tal-aktar ġrajjiet reċenti.

Fit-3 ta' Marzu 2021 il-gvern tar-Renju Unit iddikjara l-intenzjoni tiegħu li unilateralment idewwem l-applikazzjoni sħiħa tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta' Fuq. Fil-15 ta' Marzu l-UE bagħtet lir-Renju Unit ittra ta' intimazzjoni għall-ksur tad-dispożizzjonijiet sostantivi tal-protokoll u l-obbligu tal-bona fede, kif ukoll ittra politika li tappella lill-gvern tar-Renju Unit biex jirrettifika. B'mod parallel, il-kuntatti bejn l-UE u r-Renju Unit għadhom għaddejjin fuq il-livell tekniku biex jinstabu soluzzjonijiet prammatiċi rapidi fil-qafas tal-protokoll. Fis-16 ta' April 2021, il-Viċi President tal-Kummissjoni Maroš Šefčovič kellu laqgħa informali ma' Lord David Frost bħala parti mill-isforzi ġenerali tal-UE biex jinstabu soluzzjonijiet konġunti.

F'Diċembru 2020 in-negozjaturi tal-UE u tar-Renju Unit laħqu qbil dwar ftehim ta'dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni u ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni, li huma applikati proviżorjament mill-1 ta' Jannar 2021 'il quddiem. Fit-23 ta' Frar 2021 il-Kunsill ta' Sħubija bejn l-UE u r-Renju Unit iddeċieda li jestendi l-applikazzjoni proviżorja sat-30 ta' April 2021 biex jippermetti biżżejjed żmien biex titlesta r-reviżjoni tal-ftehimiet mill-ġuristi lingwisti. Fis-26 ta' Frar 2021, il-Kunsill talab l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew għad-deċiżjoni tiegħu dwar il-konklużjoni tal-ftehimiet.

Koordinazzjoni tal-UE tal-COVID-19

Il-ministri għall-Affarijiet Ewropej evalwaw il-pandemija tal-COVID-19 u r-rispons tal-UE, u koprew is-sitwazzjoni preżenti tat-tilqim, il-ħidma li għaddejja fuq iċ-ċertifikati ekoloġiċi diġitali, u s-sitwazzjoni epidemjoloġika u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar.

Fl-14 ta' April l-ambaxxaturi għall-UE approvaw il-mandat tal-Kunsill biex jinnegozja ċ-ċertifikat ekoloġiku diġitali mal-Parlament, li huwa maħsub biex jiffaċilita l-moviment liberu sikur tal-persuni fi ħdan l-UE matul il-pandemija tal-COVID-19. In-negozjati fil-qafas tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja huma skedati li jsiru f'Mejju, bil-ħsieb li jiġu konklużi f'Ġunju. Il-ħidma teknika li għaddejja fuq iċ-ċertifikati diġitali interoperabbli tal-COVID-19 hija parti mit-tħejjijiet għal approċċ komuni għat-tneħħija gradwali futura tar-restrizzjonijiet. Madankollu, minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika serja, il-miżuri li hemm bħalissa, fost l-oħrajn dwar l-ivvjaġġar mhux essenzjali, ser jinżammu fis-seħħ għalissa.

Tkabbir u Proċess ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni

Il-Presidenza tkellmet dwar is-sitwazzjoni preżenti tat-Tkabbir u l-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-intenzjonijiet tagħha għax-xhur li ġejjin.

Uħud mill-kwistjonijiet importanti f'dan il-qasam huma l-istat tan-negozjati dwar ir-Regolament IPA III, id-diskussjonijiet li għaddejjin dwar l-applikazzjoni tal-metodoloġija tat-tkabbir riveduta għall-Montenegro u s-Serbja, u l-organizzazzjoni ta' Konferenzi Intergovernattivi mal-pajjiżi kandidati tal-Balkani tal-Punent.

Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa

Il-Ministri għall-Affarijiet Ewropej ġew infurmati mill-Presidenza dwar is-sitwazzjoni preżenti tal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, wara l-ewwel żewġ laqgħat tal-Bord Eżekuttiv tal-Konferenza.

Il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa għandha l-għan li tinvolvi liċ-ċittadini f'dibattitu wiesa' dwar il-ġejjieni tal-Ewropa fl-għaxar snin li ġejjin u lil hinn, inkluż fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025