- Kunsill Affarijiet Barranin
It-Tielet Laqgħa Ministerjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Afrikana, 21 ta' Mejju 2025
Il-ministri għall-affarijiet barranin tal-Unjoni Ewropea u tal-Unjoni Afrikana ltaqgħu għat-tielet darba biex jevalwaw il-progress li sar mis-sitt Summit UE-UA ta' Frar 2022.
Il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar is-sħubija UE-UA u dwar kif tista' tissaħħaħ aktar il-kooperazzjoni f'din is-sena importanti li tfakkar il-25 anniversarju tas-sħubija dejjiema u unika tagħhom.
Matul il-laqgħa, id-diskussjonijiet iffukaw fuq is-suġġetti li ġejjin:
- il-paċi, is-sigurtà u l-governanza
- il-multilateraliżmu
- il-prosperità
- il-persuni, il-migrazzjoni u l-mobbiltà
Il-laqgħa kienet kopreseduta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Kaja Kallas, u l-Ministru għar-Relazzjonijiet Esterni tal-Angola, Tete António, President tal-Kunsill Eżekuttiv tal-UA.
L-Afrika hija prijorità ġeopolitika tal-UE fi żmien ta' volatilità ġeopolitika li żdiedet.
L-UE u l-istati membri tagħha jibqgħu l-ewwel sieħeb kummerċjali, l-ewwel investitur, l-ewwel Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp u donatur umanitarju għall-Afrika, bi €309 biljun f'Investimenti Diretti Barranin fl-Afrika fl-2022.
Is-sena 2025 tfakkar il-25 anniversarju tas-Sħubija UE-UA u hija sena kruċjali għas-sħubija, peress li ser tinkludi t-tielet laqgħa Ministerjali UE-UA u s-seba' Summit UE-UA fl-Afrika.
L-UE u l-Afrika jistgħu jkunu forza b'saħħitha meta jaġixxu flimkien.
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #FAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Ġunju 2025