"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin (Kummerċ), 15 ta' Mejju 2025

Riżultati ewlenin

Relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti

Il-Kunsill kellu dibattitu ta' orjentazzjoni dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti. Il-ministri kkonfermaw mill-ġdid il-pożizzjoni ġenerali tal-UE dwar il-politika kummerċjali l-ġdida tal-Istati Uniti u affermaw mill-ġdid l-unità tal-UE fir-rigward tar-relazzjonijiet kummerċjali trans-Atlantiċi. Soluzzjoni bbilanċjata u aċċettabbli b'mod reċiproku fi żmien is-sospensjoni parzjali ta' 90 jum tal-miżuri tal-Istati Uniti u s-sospensjoni tal-ewwel sett (limitat) ta' kontromiżuri tal-UE tibqa' l-għażla ppreferuta tal-UE.

Sadanittant, l-UE qed tieħu l-passi meħtieġa biex tkun lesta jekk ikunu meħtieġa aktar kontromiżuri. Barra minn hekk, ir-riskji relatati mad-devjazzjoni tat-traffiku kummerċjali ser jiġu mmonitorjati u indirizzati bir-reqqa kif meħtieġ. Għaddejjin sforzi biex jiġu diversifikati l-flussi kummerċjali tal-UE, flimkien ma' żieda fir-ritmu tal-ħidma biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-suq uniku għall-promozzjoni u l-faċilitazzjoni tan-negozju fl-UE.

Michał Baranowski, Sottosegretarju tal-Istat fil-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku u t-Teknoloġija tal-Polonja, responsabbli għall-Kummerċ

Qed niltaqgħu f'nofs triq mill-mument li kemm l-UE kif ukoll l-Istati Uniti ssospendew l-aspetti potenzjalment diffiċli tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħna. Ninsabu determinati li nagħmlu l-aħjar użu mill-ħin li fadal. L-Ewropa hija dwar il-bini ta' pontijiet, mhux ħitan. L-approċċ tagħna huwa li ninnegozjaw, iżda wkoll li nħejju għall-pjan B.

Michał Baranowski, Sottosegretarju tal-Istat fil-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku u t-Teknoloġija tal-Polonja, responsabbli għall-Kummerċ

Michał Baranowski, Sottosegretarju tal-Istat fil-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku u t-Teknoloġija tal-Polonja, responsabbli għall-Kummerċ

L-amministrazzjoni tal-Istati Uniti introduċiet diversi tariffi, inkluż 25% fuq l-azzar, l-aluminju, u d-derivattivi tagħhom, 25% fuq il-karozzi, it-trakkijiet ħfief, u l-parts awtomobilistiċi, u tariffa ta' "linja bażi" ta' 10% fuq is-sħab kummerċjali kollha. Il-parti speċifika għall-pajjiż tal-hekk imsejħa tariffi ta' "riekwilibriju" (universali) tal-Istati Uniti hija sospiża sad-9 ta' Lulju. Bi tweġiba għat-tariffi tal-Istati Uniti fuq l-azzar u l-aluminju, u d-derivattivi tagħhom, l-UE ddeċidiet timponi kontromiżuri iżda ssospendiethom sal-14 ta' Lulju biex tipprovdi ż-żmien għal aktar diskussjonijiet.

Disinn astratt b'elementi tal-bnadar tal-Istati Uniti u tal-UE u kontejners tal-merkanzija.

Kummerċ UE-Stati Uniti: fatti u ċifri (Infografika)

Sigurtà ekonomika Ewropea

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar is-sigurtà ekonomika Ewropea, inkluż ir-rieżami tar-Regolament dwar l-Iskrinjar tal-IDB, il-kontrolli tal-esportazzjoni u l-kontrolli tal-investiment 'il barra, kif ukoll dwar il-governanza tas-sigurtà ekonomika fil-Kunsill.

Il-presidenza infurmat lill-Kunsill dwar il-passi li jmiss fil-ħidma dwar ir-rieżami tar-Regolament dwar l-Iskrinjar tal-IDB. Irrapportat ukoll dwar il-progress fil-koordinazzjoni tal-kontrolli tal-esportazzjoni u ħadet nota tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-investimenti 'l barra.

Il-Kummissjoni aġġornat lill-Kunsill dwar il-ħidma li għaddejja tagħha fit-tliet pilastri tas-sigurtà ekonomika - il-promozzjoni, il-protezzjoni u s-sħubija - u dwar il-governanza tas-sigurtà ekonomika fil-Kummissjoni.

Il-ministri tennew l-appelli għal koordinazzjoni akbar fil-Kunsill, u fakkru fl-importanza ta' approċċ ibbilanċjat għas-sigurtà ekonomika.

Negozjati kummerċjali

Il-ministri ddedikaw l-ikla ta' ħidma għan-negozjati kummerċjali li għaddejjin. Id-diskussjoni indirizzat in-negozjati li għaddejjin mal-Indja, l-Awstralja, l-Indoneżja, it-Tajlandja, il-Filippini, il-Malażja, u l-Kunsill ta' Kooperazzjoni għall-Istati Għarab tal-Golf (GCC) u kkonkludiet negozjati mal-Mercosur jew il-Messiku.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 2 ta' Lulju 2025