- Summit Internazzjonali
Summit UE-Ġappun, Tokyo, 29/05/2015, 29 ta' Mejju 2015
Donald Tusk, President tal-Kunsill Ewropew, u Jean-Claude Juncker, President tal-Kummissjoni Ewropea rrappreżentaw l-UE fit-23 summit bilaterali. Il-Ġappun kien rappreżentat mill-Prim Ministru Shinzo Abe.
Is-summit fakkar ukoll is-70 sena minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija fl-Ewropa u fl-Asja. Kienet l-opportunità biex nirriflettu dwar l-importanza tar-rikonċiljazzjoni u l-kooperazzjoni reġjonali u nirrikonoxxu l-kontributi li għamlu kemm il-Ġappun kif ukoll l-UE għall-paċi, l-istabbiltà u l-prosperità.
"We cherish the friendship and common values we have with Japan and we are resolved to take this partnership forward." President Tusk at the 23rd EU-Japan summit
Il-kummerċ bejn l-UE u l-Ġappun
Bejniethom, l-ekonomiji tal-UE u l-Ġappun jipproduċu aktar minn terz tal-PDG fid-dinja. Il-Ġappun huwa t-tieni l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE fl-Asja. Filwaqt li l-Ġappun huwa investitur ewlieni fl-UE, l-investimenti diretti barranin tal-UE fil-Ġappun għadhom baxxi.
F'Marzu 2013, l-UE u l-Ġappun iddeċidew li jibdew negozjati biex jistabbilixxu Ftehim ta' Kummerċ Ħieles ("FTA") profond u komprensiv.
Ladarba jkun fis-seħħ, dan il-ftehim kummerċjali jista' (“studju ta’ valutazzjoni tal-impatt għal FTA bejn l-UE u l-Ġappun, 2012”):
- ikabbar l-ekonomija tal-UE b'0.6% sa 0.8% tal-PDG tagħha
- iżid l-esportazzjoni tal-UE lejn il-Ġappun b’aktar minn 30%
- joħloq 420,000 impjieg fl-UE waħedha
Ir-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi bejn l-UE u l-Ġappun
Il-mexxejja qablu li jaċċelleraw in-negozjati għal ftehim ta’ sħubija strateġika u ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Ġappun.
L-UE u l-Ġappun mhux biss qed jaħdmu flimkien fuq il-kummerċ, iżda wkoll fuq il-front tat-teknoloġija, ir-riċerka u l-innovazzjoni, bi ftehim ġdid dwar il-5G imħabbar qabel is-summit:
Kwistjonijiet ta' politika reġjonali u barranija
L-UE u l-Ġappun iddeċidew li jsaħħu s-sħubija ta’ sigurtà tagħhom, inkluża parteċipazzjoni possibbli tal-Ġappun f'missjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet.
Kwistjonijiet reġjonali, bħall-iżviluppi reċenti fil-viċinati rispettivi tal-UE u tal-Ġappun, fl-Ukrajna u fix-Xlokk tal-Asja, u kwistjonijiet globali bħat-taħditiet mal-Iran dwar il-kwistjoni nukleari, il-qagħda fil-peniżola Koreana, is-Sirja u l-Iraq kienu wkoll fuq l-aġenda.
Il-mexxejja qablu wkoll li jżidu l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Ġappun fir-rigward tal-ġlieda kontra t-terroriżmu.
Sfidi globali
Ġew diskussi negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima u l-Ġappun afferma l-intenzjoni tiegħu li jippreżenta mira ambizzjuża għall-kontribut tiegħu biex jiġi limitat it-tibdil fil-klima.
Huma tennew ukoll l-impenn tagħhom li jaqblu dwar aġenda ambizzjuża għall-iżvilupp għal wara l-2015.
Sfond
Summit preċedenti UE-Ġappun
Ara wkoll
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Symeon Piperidis Press officer
- +32 478 83 12 21
- +32 2 281 84 72
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
Laqgħat oħra: Summit Internazzjonali
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025