- Summit Internazzjonali
Vidjokonferenza tal-mexxejja tas-Sħubija tal-Lvant, 18 ta' Ġunju 2020
Riżultati ewlenin
Fl-okkażjoni tal-laqgħa tal-mexxejja tas-Sħubija tal-Lvant li saret permezz ta’ vidjokonferenza, il-mexxejja tal-UE ddiskutew mas-sitt isħab tagħhom tal-Lvant — l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Georgia, ir-Repubblika tal-Moldova, u l-Ukrajna — ir-rispons għall-COVID-19, il-konsegwenzi tal-kriżi, is-sħubija strateġika u l-futur tagħha.
Il-mexxejja enfasizzaw l-importanza tas-solidarjetà fi żmien il-kriżi tal-COVID-19, inkluż l-appoġġ sostanzjali tal-UE biex jiġi indirizzat l-impatt tat-tifqigħa fir-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant (SL).
Huma kkonfermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom u l-importanza kbira li jagħtu lis-Sħubija tal-Lvant bħala prijorità tal-politika barranija u enfasizzaw oqsma ta’ kooperazzjoni differenti bħall-ftehim dwar il-kummerċ, il-ftehim dwar vjaġġar mingħajr viża jew il-ftehim dwar il-faċilitazzjoni tal-viża.
Il-mexxejja esprimew ir-rieda politika li jkomplu jibnu żona ta’ demokrazija, prosperità u stabbiltà komuni, imsejsa fuq il-valuri komuni tagħna, permezz ta’ ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli u d-dritt internazzjonali Charles Michel, President tal-Kunsill Ewropew
Il-parteċipanti ddiskutew ukoll it-tħejjija ta’ summit fiżiku li għandu jsir fi Brussell f’Marzu 2021 li matulu ser japprovaw ħames prijoritajiet ta’ politika f’dikjarazzjoni konġunta.
Informazzjoni ġenerali
- Sħubija tal-Lvant (informazzjoni ġenerali)
- Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-affarijiet barranin tas-Sħubija tal-Lvant, 11 ta' Ġunju 2020
Sħab tal-Lvant: fatti u ċifri
- Relazzjonijiet bejn l-UE u l-Armenja (skeda informattiva tas-SEAE)
- Relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ażerbajġan (skeda informattiva tas-SEAE)
- Skeda informattiva dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Georgia (skeda informattiva tas-SEAE)
- Skeda informattiva dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Moldova (skeda informattiva tas-SEAE)
- Relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukrajna (skeda informattiva tas-SEAE)
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Ester Arauzo-Azofra Uffiċjal tal-istampa
- +32 2 281 53 61
- +32 473 63 07 23
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
Laqgħat oħra: Summit Internazzjonali
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025