- Summit Internazzjonali
Laqgħa tal-Komunità Politika Ewropea, 1 ta' Ġunju 2023
Riżultati ewlenin
It-tieni laqgħa tal-Komunità Politika Ewropea laqqgħet flimkien mexxejja mill-kontinent kollu fil-Kastell Mimi f'Bulboaca, il-Moldova.
Aħna 45 pajjiż irrappreżentati hawnhekk f'Chișinău – dan huwa simbolu qawwi. Il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel
Parteċipanti
45 kap ta' stat jew ta' gvern ħadu sehem f'din it-tieni laqgħa tal-Komunità Politika Ewropea, minn:
- l-istati membri tal-UE27
- l-Albanija
- Andorra
- l-Armenja
- l-Ażerbajġan
- il-Bożnija-Ħerzegovina
- il-Georgia
- l-Iżlanda
- il-Kosovo*
- il-Liechtenstein
- il-Moldova
- Monaco
- il-Montenegro
- il-Maċedonja ta' Fuq
- in-Norveġja
- is-Serbja
- l-Iżvizzera
- l-Ukrajna
- ir-Renju Unit
Il-President tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kummissjoni Ewropea u l-President tal-Parlament Ewropew ukoll attendew il-laqgħa.
Huma ddiskutew:
- sforzi konġunti għall-paċi u s-sigurtà
- ir-reżiljenza enerġetika u l-konnettività u l-mobbiltà fl-Ewropa
Il-Komunità Politika Ewropea
Il-Komunità Politika Ewropea għandha l-għan li
- trawwem djalogu politiku u kooperazzjoni biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta' interess komuni
- issaħħaħ is-sigurtà, l-istabbiltà u l-prosperità tal-kontinent Ewropew
Din il-pjattaforma għall-koordinazzjoni politika ma tieħu post ebda organizzazzjoni, struttura jew proċess eżistenti u ma għandhiex l-għan li toħloq oħrajn ġodda f'dan l-istadju.
Fl-ewwel laqgħa tal-Komunità Politika Ewropea f'Ottubru 2022, il-mexxejja ddiskutew prinċipalment kwistjonijiet ta' paċi u sigurtà, speċjalment il-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna, u l-kriżi enerġetika.
Il-laqgħat li jmiss tal-Komunità Politika Ewropea ser isiru fi Spanja u r-Renju Unit.
Laqgħa mal-President tal-Ażerbajġan u l-Prim Ministru tal-Armenja
Fil-marġini tal-laqgħa, il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel, il-Kanċillier tal-Ġermanja Olaf Scholz u l-President tar-Repubblika Franċiża Emmanuel Macron iltaqgħu mal-President tal-Ażerbajġan Ilham Aliyev u l-Prim Ministru tal-Armenja Nikol Pashinyan.
Ser nagħmlu dak kollu li nistgħu min-naħa tal-UE sabiex ngħinu, biex nagħtu assistenza u biex isir aktar progress fid-direzzjoni tan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet. Il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel
Huma indirizzaw għadd ta' suġġetti – il-konnettività, is-sigurtà u d-drittijiet, id-delimitazzjoni tal-fruntieri, it-trattat ta' paċi – u ser jerġgħu jiltaqgħu fi Brussell fil-21 ta' Lulju.
* Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Magdalena Buchowska Press officer
- +32 470 88 16 32
- +32 2 281 42 02
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
Laqgħat oħra: Summit Internazzjonali
Laqgħat li seħħew
Laqgħat li jmiss
L-aħħar reviżjoni: 7 ta' April 2026