- Summit Internazzjonali
Summit UE-Ġappun, 13 ta' Lulju 2023
Riżultati ewlenin
Il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel, u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, li rrappreżentaw lill-UE, iltaqgħu mal-Prim Ministru Ġappuniż Fumio Kishida fid-29 summit UE-Ġappun fi Brussell.
Aħna, il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea u l-Ġappun, kuntenti bis-sħubija strateġika dejjem aktar mill-qrib tagħna, mibnija fuq il-valuri komuni tagħna u bl-għeruq tagħha fl-impenn tagħna lejn il-multilateraliżmu biex niffaċċaw l-isfidi globali u l-ħtiġijiet taċ-ċittadini tagħna. Dikjarazzjoni konġunta UE-Ġappun
- Summit UE-Ġappun 2023: dikjarazzjoni konġunta
- Kummenti għall-istampa mill-President Charles Michel wara s-summit UE-Ġappun (stqarrija għall-istampa, 13 ta' Lulju 2023)
L-UE u l-Ġappun esprimew sodisfazzjon bil-progress li sar fir-relazzjonijiet bilaterali tagħhom u impenjaw ruħhom li jaħdmu flimkien biex:
- jippromwovu l-paċi, is-sigurtà, l-istat tad-dritt u l-valuri demokratiċi
- jiżguraw il-prosperità u s-sigurtà ekonomika
- irawmu d-diġitalizzazzjoni ċċentrata fuq il-bniedem
- jindirizzaw it-tibdil fil-klima
- jiksbu l-iżvilupp sostenibbli
- isaħħu s-sigurtà tas-saħħa
Il-Ġappun huwa l-eqreb sieħeb strateġiku tal-UE fir-reġjun Indo-Paċifiku.
Il-paċi, is-sigurtà u l-istat tad-dritt
Is-sigurtà tal-Ewropa u s-sigurtà tal-Indo-Paċifiku huma interkonnessi mill-qrib.
Aħna nappoġġaw paċi ġusta u dejjiema bbażata fuq ir-rispett għad-dritt internazzjonali u l-prinċipji tal-Karta tan-NU. Dikjarazzjoni konġunta UE-Ġappun
L-UE u l-Ġappun jibqgħu determinati fl-appoġġ tagħhom għall-Ukrajna u l-oppożizzjoni tagħhom għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja.
L-UE u l-Ġappun ikkundannaw l-iżvilupp kontinwu ta' armi nukleari u missili ballistiċi mill-Korea ta' Fuq, bi ksur tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.
- Il-Korea ta' Fuq/RDPK: Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-isparar ta' missila ballistika fuq distanza twila (stqarrija għall-istampa, 15 ta' April 2023)
- Miżuri restrittivi tal-UE kontra l-Korea ta' Fuq (informazzjoni ġenerali)
Il-mexxejja tal-UE u tal-Ġappun huma lesti wkoll jibnu relazzjonijiet kostruttivi u stabbli maċ-Ċina.
Huwa importanti li jkun hemm kooperazzjoni maċ-Ċina, minħabba r-rwol tagħha fil-komunità internazzjonali u d-daqs tal-ekonomija tagħha, dwar sfidi globali kif ukoll oqsma ta' interess komuni. Dikjarazzjoni UE-Ġappun
Fid-dawl tal-isfidi bla preċedent għall-paċi u s-sigurtà, il-mexxejja tal-UE u tal-Ġappun qablu li jkomplu jiżviluppaw is-sħubija ta' sigurtà tagħhom, li ser tippromwovi aktar kooperazzjoni dwar, fost l-oħrajn:
- is-sigurtà marittima
- iċ-ċibersigurtà
- it-theddid ibridu
- il-ġlieda kontra t-terroriżmu
- id-diżarm
- in-nonproliferazzjoni
is-sigurtà ekonomika u l-kummerċ
Il-mexxejja tal-UE u tal-Ġappun qablu li jsaħħu l-kooperazzjoni dwar ir-reżiljenza ekonomika u s-sigurtà.
Nenfasizzaw il-ħtieġa li ntejbu d-djalogu u l-kooperazzjoni tagħna dwar ir-reżiljenza ekonomika u s-sigurtà sabiex niddefendu l-interessi tagħna globalment filwaqt li nippreservaw ekonomija miftuħa. Dikjarazzjoni konġunta UE-Ġappun
L-UE u l-Ġappun irrikonoxxew l-importanza tal-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehim ta' kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Ġappun għall-benefiċċju taċ-ċittadini u n-negozji tagħhom.
Mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (FSE) fl-2019:
- il-kummerċ fil-merkanzija: +20%
- il-kummerċ agroalimentari: +34%
Il-Ġappun laqa' d-deċiżjoni tal-UE dwar it-tneħħija tal-miżuri ta' restrizzjoni fuq l-importazzjoni ta' prodotti tal-ikel mir-reġjun ta' Fukushima, imposti wara t-terremot fil-Ġappun fl-2011.
Kummerċ UE-Ġappun: fatti u ċifri (Infografika)
Sħubija diġitali
Il-mexxejja tal-UE u tal-Ġappun qablu li jħaffu l-kooperazzjoni dwar it-trasformazzjoni diġitali.
Mit-tnedija tas-sħubija diġitali bejn l-UE u l-Ġappun f'Mejju 2022, għaddejja ħidma fl-oqsma strateġiċi ta':
- semikondutturi
- computing ta' prestazzjoni għolja u teknoloġija kwantistika
- 5G u lil hinn
- konnettività diġitali reżiljenti
Il-mexxejja tal-UE u tal-Ġappun ħeġġew ukoll diskussjoni internazzjonali dwar il-governanza tal-intelliġenza artifiċjali (IA) bil-ħsieb li tinkiseb IA affidabbli.
Enerġija u tranżizzjonijiet ekoloġiċi
L-UE u l-Ġappun tennew l-għan komuni tagħhom ta' emissjonijiet netti żero sa mhux aktar tard mill-2050 sabiex il-limitu ta' 1.5°C ikun jista' jintlaħaq.
Taħt l-alleanza ekoloġika tagħhom, il-mexxejja tal-UE u tal-Ġappun qablu li jżidu l-ħidma fuq it-tranżizzjoni tal-enerġija billi jikkooperaw f'oqsma bħal:
- l-effiċjenza fl-enerġija
- idroġenu b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u rinnovabbli
- l-enerġija rinnovabbli offshore
- il-qbid, l-użu u r-riċiklaġġ tal-karbonju
L-UE u l-Ġappun ser jaħdmu flimkien ukoll biex:
- jippromwovu l-effiċjenza tar-riżorsi u l-ekonomija ċirkolari
- jipprovdu strument legalment vinkolanti dwar it-tniġġis tal-plastik sa tmiem l-2024
- jiżviluppaw swieq globali tal-gass naturali likwifikat (LNG) sikuri u trasparenti
- jiġġieldu s-sajd illegali
Żvilupp sostenibbli
Il-mexxejja tal-UE u tal-Ġappun laqgħu r-riżultati matul is-sena li għaddiet u jistennew b'interess aktar kooperazzjoni dwar proġetti ta' konnettività konkreti, fi ħdan is-sħubija tagħhom dwar il-konnettività sostenibbli u l-infrastruttura ta' kwalità.
Dawn il-proġetti konġunti għandhom ikunu mmirati lejn il-ħolqien ta' tkabbir sostenibbli u inklużiv fil-pajjiżi sħab.
Sigurtà tas-saħħa
Il-mexxejja tal-UE u tal-Ġappun impenjaw ruħhom li jaħdmu flimkien fuq:
- it-titjib tas-sigurtà tas-saħħa, inkluż permezz tat-tisħiħ tal-arkitettura tas-saħħa globali
- il-kisba ta' kopertura universali tas-saħħa
- l-iżgurar tal-konklużjoni tan-negozjati ta' strument internazzjonali dwar il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għall-pandemiji
Kuntest
L-aħħar summit UE-Ġappun sar f'Tokyo, il-Ġappun, fit-12 ta' Mejju 2022.
Waqt is-summit, il-mexxejja tal-UE u tal-Ġappun nedew is-Sħubija Diġitali bejn l-UE u l-Ġappun biex isiru avvanzi fil-kooperazzjoni fuq firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet diġitali.
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Symeon Piperidis Press officer
- +32 478 83 12 21
- +32 2 281 84 72
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
Laqgħat oħra: Summit Internazzjonali
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025