Skip to content
  • Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 04/03/2020, 4 ta' Marzu 2020

Riżultati ewlenin

Davor Božinović, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern tal-Kroazja
Il-fruntieri tal-Greċja u ta' stati membri oħra affettwati huma l-fruntiera esterna komuni tagħna. Illum il-ministri kollha esprimew is-solidarjetà tagħhom ma’ dawn il-pajjiżi u qalu li huma lesti jappoġġawhom fl-isforzi tagħhom biex jipproteġu l-fruntiera tal-UE.
Davor Božinović, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern tal-Kroazja
Davor Božinović, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern tal-Kroazja

Il-Kunsill adotta dikjarazzjoni dwar is-sitwazzjoni fuq il-fruntieri esterni tal-UE.

F’din id-dikjarazzjoni, il-Kunsill jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-Greċja, il-Bulgarija, Ċipru u stati membri oħra li jistgħu jiġu affettwati b’mod simili, inkluż fl-isforzi biex jiġġestixxu l-fruntieri esterni tal-UE.

Filwaqt li l-Kunsill jirrikonoxxi ż-żieda fil-piż migratorju u r-riskji li t-Turkija qed tiffaċċa fuq it-territorju tagħha u l-isforzi sostanzjali li għamlet biex tospita 3,7 miljun migrant u refuġjat, jiċħad bil-qawwa l-użu tal-pressjoni migratorja għal skopijiet politiċi mit-Turkija. Is-sitwazzjoni fuq il-fruntieri esterni tal-UE mhijiex aċċettabbli. Il-Kunsill jistenna li t-Turkija timplimenta bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tad-dikjarazzjoni konġunta tal-2016 fir-rigward tal-istati membri kollha.

L-UE u l-istati membri tagħha jibqgħu determinati li jipproteġu b'mod effettiv il-fruntieri esterni tal-UE. F'dan ir-rigward, l-UE u l-istati membri tagħha ser jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha, f'konformità mad-dritt tal-UE u dak internazzjonali.

L-istati membri kollha, il-Kummissjoni u l-aġenziji tal-UE jinsabu lesti biex isaħħu l-appoġġ tagħhom għaż-żoni taħt pressjoni, inkluż bl-iskjerament ta' intervent rapidu fil-fruntieri u assistenza teknika addizzjonali minn Frontex.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025